Home / News / Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jibgħat il-kondoljanzi lill-Familja Friggieri back to news Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jibgħat il-kondoljanzi lill-Familja Friggieri Other 24th November, 2020 Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jixtieq jibgħat il-kondoljanzi tiegħu lill-familja tal-Professur Oliver Friggieri, intellettwali pubbliku ewlieni, kittieb u akkademiku. Il-kontribuzzjonijiet tiegħu u l-istudji dwar il-Letteratura Maltija mhux biss huma xogħlijiet seminali, iżda huma wkoll rifless taċ-ċentralità li ta lill-ilsien Malti. Il-KNK se jkun ukoll qed jirriżerva post għax-xogħlijiet ta’ Friggieri fil-mużew tal-letteratura li qed jiġi rrestawrat bħalissa l-Belt Valletta, fost l-oħrajn bl-eżebizzjoni tal-manuskritti L-Istramb (li oriġinarjament kien se jkun jismu ‘Meta Xejn ma Jitbiddel’) u Fil-Parlament ma Jikbrux Fjuri. Minkejja d-diqa li ġġib magħha telfa bħal din, il-qalb titqawwa meta jiġi nnutat l-apprezzament li ntwera lejn ħajtu minn setturi varji tas-soċjetà. Id-deċiżjoni li l-Gvern jorganizza l-funeral ta’ Friggieri hija turija ta’ kemm il-Gvern jifhem l-importanza tal-letteratura, u għalhekk il-KNK jilqa’ din l-inizjattiva. Li hu żgur hu li l-mewta ta’ figura monumentali bħal Oliver Friggieri twaħħlilna mill-ġdid quddiem wiċċna l-importanza tal-letteratura f’ħajjitna. Il-kotba li kull qarrej iżomm qrib qalbu u moħħu setgħu jaslu għandu biss bis-saħħa ta’ industrija tal-pubblikazzjoni li mingħajrha ma jkunx hawn żvilupp kulturali u intellettwali suret in-nies. Bil-ħsieb li nsostnu l-industrija tal-pubblikazzjoni lokali, il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb iħeġġeġ lill-Gvern sabiex juri s-sapport tiegħu għall-qafas leġislattiv li qed nipproponu. Iċ-ċerimonji u r-radd il-ħajr iridu jitwaħħdu ma’ u jkunu akkumpanjati minn riformi legali importanti li jwieżnu aħjar lill-industrija u jassiguraw li tibqa’ teżisti, għax fl-aħħar nett minn din l-industrija niddependu biex jibqa’ jkollna awturi ta’ diwi nazzjonali u xogħlijiet letterarji ta’ livell għoli. Krettu tar-ritratt ta’ Friggieri: Mark Zammit Cordina SHARE POST Related Articles Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb bi branding ġdid! News 5th March, 2025 Read More Sejħa għal Delegati: Malta magħżula bħala l-Pajjiż Fokus għall-Mediterranea Publishing Fellowship Other 28th February, 2025 Read More Il-KNK u l-Wikimedia Malta jħabbru l-Wikimedians in Residence għall-Proġett tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb Other 20th February, 2025 Read More Jiftħu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Other 17th February, 2025 Read More Il-KNK isaħħaħ il-preżenza tal-imsieħba fil-London Book Fair 2025 Esportazzjoni letterarja 11th February, 2025 Read More Ir-Rapport Annwali tal-KNK għall-2024 Other 4th February, 2025 Read More Festivals, Fondi u Inizjattivi għall-2025: Dati Ewlenin Esportazzjoni letterarja 29th January, 2025 Read More Ejja sal-London Book Fair 2025 mal-KNK: Biljetti għall-Imsieħba tal-KNK minn Malta Esportazzjoni letterarja 13th January, 2025 Read More Kirsten Spiteri jirbaħ il-Konkors ta’ Kitba għaż-Żgħażagħ 2024 Konkorsi għaż-żgħażagħ 13th January, 2025 Read More Ħareġ l-40 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 10th January, 2025 Read More view all similar news
Sejħa għal Delegati: Malta magħżula bħala l-Pajjiż Fokus għall-Mediterranea Publishing Fellowship Other 28th February, 2025 Read More
Il-KNK u l-Wikimedia Malta jħabbru l-Wikimedians in Residence għall-Proġett tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb Other 20th February, 2025 Read More
Jiftħu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Other 17th February, 2025 Read More
Il-KNK isaħħaħ il-preżenza tal-imsieħba fil-London Book Fair 2025 Esportazzjoni letterarja 11th February, 2025 Read More
Festivals, Fondi u Inizjattivi għall-2025: Dati Ewlenin Esportazzjoni letterarja 29th January, 2025 Read More
Ejja sal-London Book Fair 2025 mal-KNK: Biljetti għall-Imsieħba tal-KNK minn Malta Esportazzjoni letterarja 13th January, 2025 Read More
Kirsten Spiteri jirbaħ il-Konkors ta’ Kitba għaż-Żgħażagħ 2024 Konkorsi għaż-żgħażagħ 13th January, 2025 Read More