Home / News / Konkors Letteratura għaż-Żgħażagħ 2012 Back to News Konkors Letteratura għaż-Żgħażagħ 2012 Inizjattivi • Konkorsi għaż-żgħażagħ • Konkorsi Letterarji • Other • Pubblikazzjonijiet 17th February, 2013 Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jixtieq iħabbar li għadu kemm ippubblika ż-żewġ rumanzi rebbieħa tat-tielet edizzjoni (2012) tal-Konkors Letterarju ‘Rumanzi għaż-Żgħażagħ’ organizzat mill-Aġenzija Żgħażagħ u l-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (KNK). Il-kotba rebbieħa huma ‘Ħabib fil-Bżonn’ ta’ Tony C. Cutajar u ‘L-Ewwel Darba li Ħassejtek…’ ta’ Charles Casha. Il-kotba huma immirati għall-adoloxxenti ta’ bejn it-tlettax u s-sittax-il sena. ‘L-Ewwel Darba li Ħassejtek…’ huwa rumanz li jitratta dwar kwistjonijiet ta’ mewt, problemi tal-familja, kriminalita’ u l-użu ta’ droga miż-żgħażagħ. Il-protagonist prinċipali, żagħżugħ u ġuvni, jidħol fi kriżi meta jsir jaf il-verita’ fuq missieru u li filfatt, missieru ma kienx miet b’aċċident fuq il-post tax-xogħol skont kif kienet qaltlu ommu. ‘Ħabib fil-bżonn’ huwa ktieb li wkoll jitratta dwar probelmi li ż-żgħażagħ jaf jiffaċċjaw fil-familji tagħhom. Il-protagonist prinċipali jsib kenn u għajnuna minn ħbieb ġodda u flimkien magħhom jesperjenza avventuri ġodda f’Għawdex u f’Messina. L-inizjattiva tal-Konkors Letterarju ‘Rumanzi għaż-Żgħażagħ’ tal-KNK u l-Aġenzija Żgħażagħ hija immirata sabiex tiżdied il-letteratura għaż-żgħażagħ u l-adolexxenti. Kemm il-KNK u l-Aġenzija Żgħaħagħ jirrikonoxxu l-fatt li f’Malta hawn nuqqas ta’ letteratura għaż-żgħażagħ u l-adoloxxenti. Din l-inizjattiva li għadha relattivament ġdida, qed tkompli tiġi żvilluppata u l-linji gwida ġodda li fassal il-KNK mal-Aġenzija Żgħażagħ ser jassiguraw li din l-inizjattiva tkompli tissaħħaħ u l-kwalita’ tal-kotba f’dan il-konkors jkomplu jitjiebu. Il-konkors ser jerġa’ jinfetaħ fil-jiem li ġejjin b’linji gwida ġodda. Il-Kotba jistgħu jinxtraw mingħand: Sierra Book Distributors – www.sierra-books.com Ritratti tas-serata ta’ premjazzjoni: SHARE POST Related Articles Kif tapplika għal Residenzi tal-Kitba u Workshops barra minn Malta: Sessjoni Zoom b’xejn minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit Other 12th February, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb isellem il-memorja ta’ Lina Brockdorff Other 11th February, 2026 Read More Jiftħu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Other 3rd February, 2026 Read More Kif tikkonnettja ma’ Djar Żgħar ta’ Pubblikazzjoni : Sessjoni b’xejn fuq Zoom għal Awturi u pubblikaturi Maltin minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit News 27th January, 2026 Read More Festival, Fondi u Żviluppi Strateġiċi għall-2026: Dati Ewlenin Festivals 26th January, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb b’donazzjoni ta’ kotba lil Malta Libraries Inizjattivi 16th January, 2026 Read More EJJA SAL-LONDON BOOK FAIR 2026 MAL-KNK: BILJETTI GĦALL-IMSIEĦBA TAL-KNK MINN MALTA Literary Exports 12th January, 2026 Read More Ħareġ l-44 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 9th January, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb isellem il-memorja ta’ Alfred Palma News 20th December, 2025 Read More Sejħa għal Reċensuri tal-Paġna Letterarja bil-Malti għall-2026 Inizjattivi 19th December, 2025 Read More view all similar news
Kif tapplika għal Residenzi tal-Kitba u Workshops barra minn Malta: Sessjoni Zoom b’xejn minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit Other 12th February, 2026 Read More
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb isellem il-memorja ta’ Lina Brockdorff Other 11th February, 2026 Read More
Kif tikkonnettja ma’ Djar Żgħar ta’ Pubblikazzjoni : Sessjoni b’xejn fuq Zoom għal Awturi u pubblikaturi Maltin minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit News 27th January, 2026 Read More
Festival, Fondi u Żviluppi Strateġiċi għall-2026: Dati Ewlenin Festivals 26th January, 2026 Read More
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb b’donazzjoni ta’ kotba lil Malta Libraries Inizjattivi 16th January, 2026 Read More
EJJA SAL-LONDON BOOK FAIR 2026 MAL-KNK: BILJETTI GĦALL-IMSIEĦBA TAL-KNK MINN MALTA Literary Exports 12th January, 2026 Read More
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb isellem il-memorja ta’ Alfred Palma News 20th December, 2025 Read More
Sejħa għal Reċensuri tal-Paġna Letterarja bil-Malti għall-2026 Inizjattivi 19th December, 2025 Read More