Home / News / Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb b’donazzjoni ta’ 13,000 ktieb lill-ħaddiema tas-saħħa Back to News Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb b’donazzjoni ta’ 13,000 ktieb lill-ħaddiema tas-saħħa Inizjattivi • Other 22nd February, 2021 Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (KNK) illum waranofsinhar ippreżenta donazzjoni ta’ madwar 13,000 ktieb li se jitqassmu lill-ħaddiema tas-saħħa f’Malta u f’Għawdex li qed jaħdmu wiċċ imb wiċċ mal-pazjenti bil-Covid-19. Il-kotba se jkunu qed jitqassmu fil-ġimgħat li ġejjin. Id-donazzjoni ġiet ippreżentata mid-Direttur Eżekuttiv tal-KNK, Simona Cassano, u l-Ministru tal-Edukazzjoni, l-On. Justyne Caruana, lid-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa, l-On. Chris Fearne, fil-binja tal-Ministeru tas-Saħħa. Il-Ministru Fearne laqa’ l-kotba kollha f’isem il-ħaddiema tas-saħħa. B’dal-ġest il-KNK jixtieq juri l-apprezzament tiegħu lejn ix-xogħol imprezzabbli tal-carers, l-infermiera, it-tobba u l-istaff kollu tal-isptarijiet li ħadmu fuq quddiem nett mal-pazjenti sabiex jassiguraw il-benessri tagħhom u l-kwalità tas-servizz. Fis-sena li għaddiet kienu ħafna li kellhom jagħmlu sagrifiċċji tremendi biex is-servizzi tas-saħħa pubblika jibqgħu għaddejjin f’nofs pandemija, u dan ifakkarna li aħna kollha niddependu mid-dedikazzjoni ta’ dawn in-nies kemm issa u anki f’mumenti oħra ta’ ħajjitna. Il-kotba jinkludu aktar minn 20 rumanz, ġabra ta’ novelli u poeżiji, traduzzjonijiet letterarji, u xogħlijiet mhux fittizji bil-Malti u bl-Ingliż kollha rebbieħa tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb, ippubblikati lokalment fl-aħħar ħames snin. Ix-xewqa tagħna hi li naqsmu ma’ dal-ħaddiema l-gost tal-qari bis-saħħa tal-aħjar kotba li stajna noffru. Dan ir-ringrazzjament lill-ħaddiema tas-saħħa jimmarka l-ewwel donazzjoni ewlenija tal-KNK għal dis-sena, li taqbeż il-valur ta’ €113,000. Is-sena l-oħra l-KNK għamel diversi xirjiet straordinarji oħra sabiex jgħin lill-pubblikaturi Maltin waqt l-imxja, b’valur totali minfuq ta’ €150,000 li kienu parti minn damma ta’ inizjattivi oħra. Bħalma ġara fis-snin ta’ qabel, ikun hemm għadd ta’ entitajiet u istituzzjonijiet li jirċievu d-donazzjonijiet tal-KNK, fosthom Malta Libraries u l-NGOs. SHARE POST Related Articles Il-letteratura għat-tfal tieħu ħajja dinamika waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb Festivals 10th September, 2025 Read More Ħatriet ġodda fil-Bord tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Other 10th September, 2025 Read More POŻIZZJONI TA’ MANAGER MAL-KUNSILL NAZZJONALI TAL-KTIEB: JOBSPLUS PERMIT NUMBER 881/2025 News 9th September, 2025 Read More Ir-rebbieħa tal-Premju Booker Samantha Harvey għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb Festivals 2nd September, 2025 Read More Jiftaħ għas-sottomissjonijiet bil-Malti u bl-Ingliż il-Premju Commonwealth għan-Novelli 2026 Other 1st September, 2025 Read More Jitħabbru l-finalisti tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 News 26th August, 2025 Read More X’Jagħmel Novella Kbira? News 18th August, 2025 Read More IL-KNK IĦABBAR WORKSHOP TOUR DWAR IN-NOVELLA (AWW-OTT 2025) News 5th August, 2025 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb iniedi l-Istrateġija fuq Ħames Snin 2025-2030 News 5th August, 2025 Read More Sandra Hili Vassallo Tinħatar Direttur Eżekuttiv tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb News 22nd July, 2025 Read More view all similar news
Il-letteratura għat-tfal tieħu ħajja dinamika waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb Festivals 10th September, 2025 Read More
POŻIZZJONI TA’ MANAGER MAL-KUNSILL NAZZJONALI TAL-KTIEB: JOBSPLUS PERMIT NUMBER 881/2025 News 9th September, 2025 Read More
Ir-rebbieħa tal-Premju Booker Samantha Harvey għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb Festivals 2nd September, 2025 Read More
Jiftaħ għas-sottomissjonijiet bil-Malti u bl-Ingliż il-Premju Commonwealth għan-Novelli 2026 Other 1st September, 2025 Read More
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb iniedi l-Istrateġija fuq Ħames Snin 2025-2030 News 5th August, 2025 Read More
Sandra Hili Vassallo Tinħatar Direttur Eżekuttiv tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb News 22nd July, 2025 Read More