Home / News / Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb b’donazzjoni ta’ 13,000 ktieb lill-ħaddiema tas-saħħa Back to News Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb b’donazzjoni ta’ 13,000 ktieb lill-ħaddiema tas-saħħa Inizjattivi • Other 22nd February, 2021 Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (KNK) illum waranofsinhar ippreżenta donazzjoni ta’ madwar 13,000 ktieb li se jitqassmu lill-ħaddiema tas-saħħa f’Malta u f’Għawdex li qed jaħdmu wiċċ imb wiċċ mal-pazjenti bil-Covid-19. Il-kotba se jkunu qed jitqassmu fil-ġimgħat li ġejjin. Id-donazzjoni ġiet ippreżentata mid-Direttur Eżekuttiv tal-KNK, Simona Cassano, u l-Ministru tal-Edukazzjoni, l-On. Justyne Caruana, lid-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa, l-On. Chris Fearne, fil-binja tal-Ministeru tas-Saħħa. Il-Ministru Fearne laqa’ l-kotba kollha f’isem il-ħaddiema tas-saħħa. B’dal-ġest il-KNK jixtieq juri l-apprezzament tiegħu lejn ix-xogħol imprezzabbli tal-carers, l-infermiera, it-tobba u l-istaff kollu tal-isptarijiet li ħadmu fuq quddiem nett mal-pazjenti sabiex jassiguraw il-benessri tagħhom u l-kwalità tas-servizz. Fis-sena li għaddiet kienu ħafna li kellhom jagħmlu sagrifiċċji tremendi biex is-servizzi tas-saħħa pubblika jibqgħu għaddejjin f’nofs pandemija, u dan ifakkarna li aħna kollha niddependu mid-dedikazzjoni ta’ dawn in-nies kemm issa u anki f’mumenti oħra ta’ ħajjitna. Il-kotba jinkludu aktar minn 20 rumanz, ġabra ta’ novelli u poeżiji, traduzzjonijiet letterarji, u xogħlijiet mhux fittizji bil-Malti u bl-Ingliż kollha rebbieħa tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb, ippubblikati lokalment fl-aħħar ħames snin. Ix-xewqa tagħna hi li naqsmu ma’ dal-ħaddiema l-gost tal-qari bis-saħħa tal-aħjar kotba li stajna noffru. Dan ir-ringrazzjament lill-ħaddiema tas-saħħa jimmarka l-ewwel donazzjoni ewlenija tal-KNK għal dis-sena, li taqbeż il-valur ta’ €113,000. Is-sena l-oħra l-KNK għamel diversi xirjiet straordinarji oħra sabiex jgħin lill-pubblikaturi Maltin waqt l-imxja, b’valur totali minfuq ta’ €150,000 li kienu parti minn damma ta’ inizjattivi oħra. Bħalma ġara fis-snin ta’ qabel, ikun hemm għadd ta’ entitajiet u istituzzjonijiet li jirċievu d-donazzjonijiet tal-KNK, fosthom Malta Libraries u l-NGOs. SHARE POST Related Articles Il-KNK jippubblika r-Rapport Annwali għall-2025 News 17th April, 2026 Read More Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More Avviż lill-Esebituri u l-Organizzaturi tal-Avvenimenti – Applikaw Issa Biex Tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Other 14th April, 2026 Read More Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More Ħareġ il-45 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 9th April, 2026 Read More Sejħa għall-Addattamenti Teatrali ta’ Kotba Maltin waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb News 8th April, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jilqa’ Maniġer ġdida News 7th April, 2026 Read More Titnieda l-Iskema tas-Sussidju għall-Kotba Stampati News 1st April, 2026 Read More Ippubblikata l-lista tas-sottomissjonijiet eliġibbli għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Other 30th March, 2026 Read More Il-Programm Sħiħ tal-Konferenza Annwali dwar il-Ktieb: Kelliema varji jistħarrġu r-realtajiet ekonomiċi fl-industrija tal-pubblikazzjoni Inizjattivi 20th March, 2026 Read More view all similar news
Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More
Avviż lill-Esebituri u l-Organizzaturi tal-Avvenimenti – Applikaw Issa Biex Tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Other 14th April, 2026 Read More
Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More
Sejħa għall-Addattamenti Teatrali ta’ Kotba Maltin waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb News 8th April, 2026 Read More
Ippubblikata l-lista tas-sottomissjonijiet eliġibbli għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Other 30th March, 2026 Read More
Il-Programm Sħiħ tal-Konferenza Annwali dwar il-Ktieb: Kelliema varji jistħarrġu r-realtajiet ekonomiċi fl-industrija tal-pubblikazzjoni Inizjattivi 20th March, 2026 Read More