Home / News / Post ġdid għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2021 Back to News Post ġdid għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2021 Festival Nazzjonali tal-Ktieb • Festivals • Other 21st May, 2021 Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb qed iħabbar li l-Festival Nazzjonali tal-Ktieb se jitlaq minn Dar il-Mediterran (MCC) u se jsir f’post differenti minn dis-sena ’l quddiem. Ladarba Sala Repubblika ma ngħatatilniex mill-organizzaturi, ma stajniex naċċettaw li nċekknu l-Festival – l-aktar minħabba l-fatt li l-iddistanzjar soċjali huwa, u se jkun għadu, essenzjali fix-xhur li ġejjin, speċjalment waqt iż-żjajjar tat-tfal u x-xows li jsiru waqt il-Festival. Ma kellniex għażla oħra għax ma ridniex li t-tnaqqis tal-ispazju u l-possibiltà ta’ limitazzjonijiet ta’ kemm jistgħu jinġabru persuni kull metru kwadru – fi żmien meta għad hemm inċertezza dwar x’se jitolbu l-awtoritajiet – jimpedina bil-kbir. Ma stajniex inwasslu Festival ieħor b’dawn il-kundizzjonijiet li ġew imposti min-nies tal-MCC, li għadhom tal-fehma li l-ibbukkjar minn qabel tal-Awtorità Maltija tat-Turiżmu (MTA) biex dawn jagħmlu s-Cirque de Soleil għadu validu sal-2021. Kif sħaqna bosta drabi, il-Gvern ipprefera jissussidja xow barrani b’dannu għall-industrija lokali tal-pubblikazzjoni. Dan jikkuntradixxi l-politika tal-MTA stess, li suppost qiegħda hemm biex tħares u tippromwovi l-prodott lokali. L-isponsorizzar tal-MTA għal Cirque de Soleil ta daqqa ta’ ħarta tanġibbli u liema bħalha għad-dħul tal-industrija tal-kotba, u m’għad fadlilna ebda għażla oħra ħlief li niskattaw azzjoni legali. Nemmnu li gvern nazzjonali għandu jissapportja l-industriji artisitiċi lokali, u jservi bħala patrun tagħhom, u mhux jiffinanzja avvenimenti oħra li qegħdin f’kompetizzjoni diretta – f’dal-każ qed nitkellmu dwar l-aċċess għal riżorsi pubbliċi. Minkejja ċ-ċirkustanzi se nistinkaw sabiex norganizzaw u nwasslu lill-pubbliku Festival ieħor ta’ kwalità li jimmira li jilħaq rekords ġodda ta’ attendenza u bejgħ. Huwa għalhekk li, bi pjaċir, qed inħabbru wkoll li l-Festival Nazzjonali tal-Ktieb dis-sena se jsir fiċ-Ċentru tal-Fieri u l-Konvenzjonijiet f’Ta’ Qali (MFCC), bejn it-3 u s-7 ta’ Novembru. L-applikazzjonijiet għall-istands joħorġu fil-jiem li ġejjin. Segwina fuq is-sit u fuq il-paġna tal-Facebook għall-aħħar aġġornamenti. SHARE POST Related Articles Jiftħu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Other 3rd February, 2026 Read More Kif tikkonnettja ma’ Djar Żgħar ta’ Pubblikazzjoni : Sessjoni b’xejn fuq Zoom għal Awturi u pubblikaturi Maltin minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit News 27th January, 2026 Read More Festival, Fondi u Żviluppi Strateġiċi għall-2026: Dati Ewlenin Festivals 26th January, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb b’donazzjoni ta’ kotba lil Malta Libraries Inizjattivi 16th January, 2026 Read More EJJA SAL-LONDON BOOK FAIR 2026 MAL-KNK: BILJETTI GĦALL-IMSIEĦBA TAL-KNK MINN MALTA Literary Exports 12th January, 2026 Read More Ħareġ l-44 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 9th January, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb isellem il-memorja ta’ Alfred Palma News 20th December, 2025 Read More Sejħa għal Reċensuri tal-Paġna Letterarja bil-Malti għall-2026 Inizjattivi 19th December, 2025 Read More SEJĦA GĦAL TRADUTTURI – Inkiteb fid-database tal-KNK għat-tradutturi News 3rd December, 2025 Read More Il-KNK b’donazzjoni ta’ kotba għal-librerija tal-Komunità ta’ Santa Marija Other 3rd December, 2025 Read More view all similar news
Kif tikkonnettja ma’ Djar Żgħar ta’ Pubblikazzjoni : Sessjoni b’xejn fuq Zoom għal Awturi u pubblikaturi Maltin minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit News 27th January, 2026 Read More
Festival, Fondi u Żviluppi Strateġiċi għall-2026: Dati Ewlenin Festivals 26th January, 2026 Read More
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb b’donazzjoni ta’ kotba lil Malta Libraries Inizjattivi 16th January, 2026 Read More
EJJA SAL-LONDON BOOK FAIR 2026 MAL-KNK: BILJETTI GĦALL-IMSIEĦBA TAL-KNK MINN MALTA Literary Exports 12th January, 2026 Read More
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb isellem il-memorja ta’ Alfred Palma News 20th December, 2025 Read More
Sejħa għal Reċensuri tal-Paġna Letterarja bil-Malti għall-2026 Inizjattivi 19th December, 2025 Read More
SEJĦA GĦAL TRADUTTURI – Inkiteb fid-database tal-KNK għat-tradutturi News 3rd December, 2025 Read More
Il-KNK b’donazzjoni ta’ kotba għal-librerija tal-Komunità ta’ Santa Marija Other 3rd December, 2025 Read More