Home / News / Ippubblikat Tender Pubbliku għall-Proviżjoni tas-servizz ta’ mmaniġġjar tad-ditta, id-disinn u l-marketing Back to News Ippubblikat Tender Pubbliku għall-Proviżjoni tas-servizz ta’ mmaniġġjar tad-ditta, id-disinn u l-marketing Inizjattivi • Other 3rd May, 2022 Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (KNK) għadu kif ippubblika tender pubbliku għas-servizz ta’ mmaniġġjar tad-ditta, id-disinn u l-marketing (jinkludi r-riċerka tas-suq) ibbażat fuq l-istrateġija tiegħu. Id-dettalji tat-tender jistgħu jiġu aċċessati minn fuq is-sistema elettronika tal-akkwisti pubbliċi (ePPS). Il-KNK iżomm kuntatt kontinwu mal-pubbliku bil-għan li jippromwovi l-letteratura Maltija lokalment u internazzjonalment, u billi jipprovdi servizzi varji lill-imsieħba fl-industrija tal-pubblikazzjoni. Jinforma regolarment lill-pubbliku dwar il-proġetti u l-inizjattivi ewlenin tiegħu (il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb, il-Fond Malti tal-Ktieb, il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb, eċċ.), u jmexxi kampanji ta’ marketing b’element viżiv b’saħħtu mmirati lejn id-diversi wċuh tal-industrija tal-pubblikazzjoni. Għalhekk il-KNK qed ifittex li jingaġġa lil xi ħadd li jipprovdi s-servizzi tal-marketing sabiex jiżviluppa u jimplimenta kampanji effettivi li jirfdu u jippromwovu l-fondi, proġetti u inizjattivi tal-KNK. Il-fornitur tas-servizz ikun mistenni li joħroġ b’kampanji li jippreċedu l-proġett u b’inizjattivi li jtulu s-sena kollha. Il-kumpanija li tieħu l-kuntratt mistennija tħejji d-disinji artistiċi u diġitali neċessarji li jikkorrispondu mal-kampanja li tkun. L-Espert tad-Disinn Grafiku mistenni jaħdem fuq skeda flessibbli matul il-ġimgħa li tkun tirrifletti x-xogħol meħtieġ fuq bażi ta’ ġimgħa jew xahar skont il-Pjan t’Azzjoni pprovdut, filwaqt li l-Kordinatur tal-Marketing u d-Disinn mistenni jaħdem mill-uffiċċji tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb fuq bażi full-time flessibbli sabiex jikkordina strateġiji relatati mad-ditta, id-disinn u l-marketing tal-entità, kif ukoll jieħu ħsieb xi xogħol ta’ kuljum fl-uffiċċju. L-informazzjoni kollha tista’ ssibha fuq https://www.etenders.gov.mt SHARE POST Related Articles Sejħa Miftuħa għas-sottomissjonijiet ta’ illustrazzjonijiet għall-esebizzjoni From Illustration to Book fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Festivals 11th May, 2026 Read More Il-KNK jippubblika r-Rapport Annwali għall-2025 News 17th April, 2026 Read More Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More Avviż lill-Esebituri u l-Organizzaturi tal-Avvenimenti – Applikaw Issa Biex Tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Other 14th April, 2026 Read More Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More Ħareġ il-45 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 9th April, 2026 Read More Sejħa għall-Addattamenti Teatrali ta’ Kotba Maltin waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb News 8th April, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jilqa’ Maniġer ġdida News 7th April, 2026 Read More Titnieda l-Iskema tas-Sussidju għall-Kotba Stampati News 1st April, 2026 Read More Ippubblikata l-lista tas-sottomissjonijiet eliġibbli għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Other 30th March, 2026 Read More view all similar news
Sejħa Miftuħa għas-sottomissjonijiet ta’ illustrazzjonijiet għall-esebizzjoni From Illustration to Book fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Festivals 11th May, 2026 Read More
Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More
Avviż lill-Esebituri u l-Organizzaturi tal-Avvenimenti – Applikaw Issa Biex Tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Other 14th April, 2026 Read More
Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More
Sejħa għall-Addattamenti Teatrali ta’ Kotba Maltin waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb News 8th April, 2026 Read More
Ippubblikata l-lista tas-sottomissjonijiet eliġibbli għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Other 30th March, 2026 Read More