Home / News / Imniedi l-programm tal-attivitajiet tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2022 Back to News Imniedi l-programm tal-attivitajiet tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2022 Festivals • Other 25th October, 2022 [vc_row][vc_column][vc_column_text] Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (KNK) nieda l-programm tal-attivitajiet tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2022, waqt konferenza tal-aħbarijiet fil-Bibljoteka Nazzjonali l-Belt, li għaliha attendew il-Ministru għall-Edukazzjoni, l-On. Clifton Grima, u l-Kap Eżekuttiv tal-KNK, Mark Camilleri. Il-programm fih aktar minn mitt attività mqassmin fuq ħamest ijiem, bejn l-Erbgħa 23 sal-Ħadd 27 ta’ Novembru. L-attivitajiet se jsiru kollha fi swali apposta fl-MFCC, Ta’ Qali, u jvarjaw minn xows u attivitajiet għall-familja u t-tfal tal-iskola, sa tnedijiet u preżentazzjonijiet ta’ kotba, qari animat, taħditiet tematiċi u laqgħat bejn il-pubbliku u l-professjonisti fil-qasam. Id-dħul għall-Festival u għal kull attività huwa b’xejn. Il-programm tal-attivitajiet tista’ taċċessah hawnhekk. Fid-diskors tiegħu, Camilleri rrimarka li l-programm kulturali tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb huwa l-frott ta’ kollaborazzjoni ma’ entitajiet oħra, li ssarfet fi programm li jolqot lill-kbar, liż-żgħażagħ u liż-żgħar. Fost l-oħrajn, issemmew dawn il-ħidmiet: mal-Kunsill Malti għall-Arti sabiex tiġi kkurata l-esebizzjoni From Illustration to Book; ma’ Żigużajg sabiex jittellgħu xows ibbażati fuq ir-rebbieħa tal-Premju Terramaxka 2022; u mal-Fondazzjoni Inspire biex tkun immaniġġjata kamra sensorja għal tfal fuq l-ispettru tal-awtiżmu. Irrefera wkoll għall-element internazzjonali tal-programm, li dis-sena se jilqa’ ’l-kittieb ċelebri John Boyne, l-awtur ta’ The Boy in the Striped Pyjamas, u lill-kartunist-ġurnalist Joe Sacco, irrispettat internazzjonalment għall-ġurnaliżmu li jirrapporta bis-saħħa tal-komiks u meqjus ukoll bħala wieħed mill-aqwa f’dal-ġeneru. Min-naħa tiegħu, l-On. Grima qal li l-Festival Nazzjonali tal-Ktieb din is-sena huwa mistenni ferm wara ż-żewġ edizzjonijiet ta’ qablu ta’ żmien il-pandemija. “Qed nieħu gost li din is-sena ż-żjarat tal-iskejjel qed jerġgħu jkunu parti integrali minn dan il-Festival. Is-sena li għaddiet kellna mat-3,000 student li żaru l-Festival, li kellu restrizzjonijiet minħabba l-pandemija. Din is-sena għandna 9,000 student ikkonfermat u din hija żgur aħbar sabiħa”. Sostna li rridu nkomplu naħdmu biex inrawmu l-imħabba tal-qari fid-diversi forom tagħha fost it-tfal minn età bikrija. Temm jgħid li s-settur tal-pubblikazzjoni qed jingħata l-importanza li jistħoqqlu u se tkompli l-ħidma biex l-awturi u pubblikaturi jkomplu jingħataw l-għajnuna u s-sostenn kollu li jeħtieġu. Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb dis-sena se jittella’ bejn l-Erbgħa, 23, u l-Ħadd, 27 ta’ Novembru l-MFCC, Ta’ Qali. Għal aktar informazzjoni żur is-sit, il-paġna Facebook u Instagram tal-KNK, kif ukoll il-paġna Facebook tal-Festival. [/vc_column_text][/vc_column][/vc_row][vc_row][vc_column][vc_gallery type=”nivo” interval=”3″ images=”30412,30408,30405,30402,30393″][/vc_column][/vc_row] SHARE POST Related Articles Il-KNK jippubblika r-Rapport Annwali għall-2025 News 17th April, 2026 Read More Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More Avviż lill-Esebituri u l-Organizzaturi tal-Avvenimenti – Applikaw Issa Biex Tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Other 14th April, 2026 Read More Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More Ħareġ il-45 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 9th April, 2026 Read More Sejħa għall-Addattamenti Teatrali ta’ Kotba Maltin waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb News 8th April, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jilqa’ Maniġer ġdida News 7th April, 2026 Read More Titnieda l-Iskema tas-Sussidju għall-Kotba Stampati News 1st April, 2026 Read More Ippubblikata l-lista tas-sottomissjonijiet eliġibbli għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Other 30th March, 2026 Read More Il-Programm Sħiħ tal-Konferenza Annwali dwar il-Ktieb: Kelliema varji jistħarrġu r-realtajiet ekonomiċi fl-industrija tal-pubblikazzjoni Inizjattivi 20th March, 2026 Read More view all similar news
Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More
Avviż lill-Esebituri u l-Organizzaturi tal-Avvenimenti – Applikaw Issa Biex Tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Other 14th April, 2026 Read More
Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More
Sejħa għall-Addattamenti Teatrali ta’ Kotba Maltin waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb News 8th April, 2026 Read More
Ippubblikata l-lista tas-sottomissjonijiet eliġibbli għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Other 30th March, 2026 Read More
Il-Programm Sħiħ tal-Konferenza Annwali dwar il-Ktieb: Kelliema varji jistħarrġu r-realtajiet ekonomiċi fl-industrija tal-pubblikazzjoni Inizjattivi 20th March, 2026 Read More