Home / News / Ir-Rapport Annwali għall-2022 Back to News Ir-Rapport Annwali għall-2022 Inizjattivi • Other • Pubblikazzjonijiet 3rd February, 2023 Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (KNK) qed jippubblika r-Rapport Annwali komprensiv tiegħu għas-sena 2022. Matul is-sena, il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb, fl-impenn tiegħu li jwassal il-ktieb Malti, l-awturi, l-illustraturi u l-pubblikaturi lil pubbliku usa’ permezz ta’ firxa ta’ midja differenti, kompla jinvesti f’diversi produzzjonijiet awdjoviżivi; ikkollabora ma’ diversi entitajiet u organizzazzjonijiet fuq inizjattivi artistiċi, soċjali, akkademiċi u kummerċjali; organizza għall-ewwel darba ċerimonja li laqqgħet flimkien il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb għall-adulti u l-Premju Terramaxka għat-tfal u l-adulti, żewġ premjijiet li kisbu rekord ta’ 199 sottomissjoni ta’ kotba eliġibbli; u żied il-firxa tal-Fond Malti tal-Ktieb bl-introduzzjoni ta’ żewġ kategoriji ġodda – it-traduzzjoni ta’ siltiet ta’ kotba biex jintużaw bħala pitch għal pubblikazzjoni; u l-pubblikazzjoni ta’ edizzjonijiet ġodda ta’ xogħlijiet letterarji Maltin li bħalissa mhumiex fl-istampa u għalhekk mhux disponibbli għall-pubbliku. Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb, li huwa ċ-ċelebrazzjoni ewlenija tal-kotba fil-kalendarju kulturali Malti, laqa’ l-parteċipazzjoni ta’ 50 esebitur, numru bla preċident, u l-KNK se jkompli jaħdem biex ikabbar dan il-Festival permezz ta’ kollaborazzjonijiet u inizjattivi ġodda. Il-KNK impenjat biex jinvesti r-riżorsi kollha lejn it-tkabbir tal-industrija tal-pubblikazzjoni Maltija permezz tal-professjonalizzazzjoni ta’ dawk kollha involuti fiha u permezz ta’ sforzi kontinwi fl-esportazzjoni tax-xogħlijiet letterarji. Huwa għalhekk propizju li l-KNK jirringrazzja lil dawk kollha li kkollaboraw u ħadmu bla heda b’riżq l-industrija tal-pubblikazzjoni f’Malta minkejja l-ħafna sfidi. Id-dati ewlenin għall-fondi, il-konkorsi u l-inizjattivi għal matul l-2023 se jiġu ppubblikati l-ġimgħa d-dieħla. Ir-Rapport Annwali bil-Malti jista’ jiġi aċċessat hawnhekk, jonkella verżjoni għall-mowbajl hawnhekk. [fliph5 id=”dmhxw-rxcs” width=”900px” height=”500px”] SHARE POST Related Articles Skopri l-Istorja fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb! Festivals 18th May, 2026 Read More Il-Malti John Edward DeMicoli jirbaħ il-Premju Commonwealth għan-Novelli 2026 mir-reġjun tal-Kanada u l-Ewropa Other 13th May, 2026 Read More Jiftaħ il-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija Doreen Micallef 2026 Other 12th May, 2026 Read More Il-Maltin jixtru 3 kotba fis-sena – sondaġġ ġdid News 12th May, 2026 Read More Sejħa Miftuħa għas-sottomissjonijiet ta’ illustrazzjonijiet għall-esebizzjoni From Illustration to Book fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Festivals 11th May, 2026 Read More Il-KNK jippubblika r-Rapport Annwali għall-2025 News 17th April, 2026 Read More Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More Avviż lill-Esebituri u l-Organizzaturi tal-Avvenimenti – Applikaw Issa Biex Tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Other 14th April, 2026 Read More Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More Ħareġ il-45 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 9th April, 2026 Read More view all similar news
Il-Malti John Edward DeMicoli jirbaħ il-Premju Commonwealth għan-Novelli 2026 mir-reġjun tal-Kanada u l-Ewropa Other 13th May, 2026 Read More
Sejħa Miftuħa għas-sottomissjonijiet ta’ illustrazzjonijiet għall-esebizzjoni From Illustration to Book fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Festivals 11th May, 2026 Read More
Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More
Avviż lill-Esebituri u l-Organizzaturi tal-Avvenimenti – Applikaw Issa Biex Tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Other 14th April, 2026 Read More
Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More