Home / News / Markapaġna S02E04 – Maria Theuma Back to News Markapaġna S02E04 – Maria Theuma Markapaġna • Other • Produzzjonijiet awdjoviżivi 21st February, 2023 Rachel Baldacchino tiddiskuti ma’ Maria Theuma dwar il-ġabra ta’ poeżija rebbieħa tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb, ‘Varjazzjonijiet tas-Skiet’ (Ede Books, 2021) ta’ Nadia Mifsud. Id-diskussjoni timraħ fuq ir-rettorika tas-skiet, it-tipi differenti tas-skiet u l-element konfessjonali f’din il-ġabra. Maria Theuma hija riċerkatriċi, kittieba u traduttriċi. Studjat fl-Università ta’ Malta u f’Goldsmiths, University of London u għandha dottorat fl-Ingliż. L-interessi tar-riċerka tagħha jinkludu l-postumaniżmu, it-teorija letterarja, il-letteratura komparattiva u l-kulturi viżivi. Dan l-aħħar, il-kitba akkademika tagħha ġiet ppubblikata fil-‘Journal of Posthumanism’ (Transnational Press London, Londra) u f’’CounterText’ (Edinburgh University Press, Edinburgh). Ix-xogħol kreattiv tagħha, kemm bil-Malti kif ukoll bl-Ingliż, deher f’diversi proġetti multimedjali kollaborattivi, u fuq diversi pjattaformi, kemm dawk online kif ukoll dawk stampati, bħal ‘Scintillas: New Maltese Writing 1’ (Praspar Press, Londra). Kitbet reċensjonijiet dwar l-arti u t-teatru lokali għal ‘The Sunday Times of Malta’ u ‘Malta Today’, fost oħrajn. [embedyt] https://www.youtube.com/watch?v=C2cLJrP3T8o[/embedyt] Kotba diskussi f’dan l-episodju: Nadia Mifsud, ‘Varjazzjonijiet tas-Skiet’ (Ede Books, 2021) Mużika: Michael Azzopardi, ‘Skrejjen’ https://michaelazzopardi.xyz/ Markapaġna hija produzzjoni tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb imxandra b’kollaborazzjoni ma’ MaltaToday. Segwi fuq Facebook, YouTube, jew bħala awdjo fuq Spotify u Apple Podcasts u għal aktar informazzjoni żur https://ktieb.org.mt/. SHARE POST Related Articles IL-KNK IĦABBAR WORKSHOP TOUR DWAR IN-NOVELLA (AWW-OTT 2025) News 5th August, 2025 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb iniedi l-Istrateġija fuq Ħames Snin 2025-2030 News 5th August, 2025 Read More Sandra Hili Vassallo Tinħatar Direttur Eżekuttiv tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb News 22nd July, 2025 Read More Joħorġu r-riżultati tal-Fond Malti tal-Ktieb 2025 Fondi 15th July, 2025 Read More Ħareġ it-42 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 9th July, 2025 Read More L-editriċi rinomata mill-Istati Uniti Ann VanderMeer b’workshop waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb ‘25 Festivals 8th July, 2025 Read More Jeff VanderMeer huwa l-mistieden speċjali tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb ’25 Festivals 24th June, 2025 Read More Sejħa Miftuħa għal Proposti ta’ Installazzjoni: Ix-Xogħol Artistiku Ċentrali tal-Esebizzjoni From Illustration to Book waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Festivals 26th May, 2025 Read More Drittijietek! Sessjoni b’xejn fuq Zoom mill-Aġent Letterarju Simon Trewin lill-imsieħba tagħna News 26th May, 2025 Read More SEJĦA GĦALL-APPLIKAZZJONIJIET: POŻIZZJONI TA’ DIRETTUR (EŻEKUTTIV) MAL-KUNSILL NAZZJONALI TAL-KTIEB Other 16th May, 2025 Read More view all similar news
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb iniedi l-Istrateġija fuq Ħames Snin 2025-2030 News 5th August, 2025 Read More
Sandra Hili Vassallo Tinħatar Direttur Eżekuttiv tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb News 22nd July, 2025 Read More
L-editriċi rinomata mill-Istati Uniti Ann VanderMeer b’workshop waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb ‘25 Festivals 8th July, 2025 Read More
Jeff VanderMeer huwa l-mistieden speċjali tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb ’25 Festivals 24th June, 2025 Read More
Sejħa Miftuħa għal Proposti ta’ Installazzjoni: Ix-Xogħol Artistiku Ċentrali tal-Esebizzjoni From Illustration to Book waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Festivals 26th May, 2025 Read More
Drittijietek! Sessjoni b’xejn fuq Zoom mill-Aġent Letterarju Simon Trewin lill-imsieħba tagħna News 26th May, 2025 Read More
SEJĦA GĦALL-APPLIKAZZJONIJIET: POŻIZZJONI TA’ DIRETTUR (EŻEKUTTIV) MAL-KUNSILL NAZZJONALI TAL-KTIEB Other 16th May, 2025 Read More