Home / News / Il-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus 2023 – jitħabbru d-dati u t-tema tal-edizzjoni Back to News Il-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus 2023 – jitħabbru d-dati u t-tema tal-edizzjoni Festivals • Il-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus • Other 21st February, 2023 Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (KNK) bi pjaċir iħabbar id-dati tal-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus 2023, li dis-sena se jittella’ bejn l-Erbgħa 22 u l-Ġimgħa 24 ta’ Marzu fil-Kwadranglu tal-Università ta’ Malta. Kampus Kotba jlaqqa’ taħt saqaf wieħed għadd ta’ esebituri lokali – minn pubblikaturi stabbiliti sa ħwienet tal-kotba u NGOs – għal tlitt ijiem ta’ bejgħ u xiri ta’ kotba mżewġin ma’ programm ta’ attivitajiet miftuħ għall-pubbliku ġenerali waqt li mmirat speċifikament għal dak studentesk. It-tema speċjali ta’ din l-edizzjoni se tkun il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb, u l-programm se jkun xhieda ta’ dan b’intervisti u skambji letterarji li jonoraw uħud mir-rebbieħa riċenti. Barra minn hekk ma jonqsux diskussjonijiet tematiċi attwali, ngħidu aħna dwar iċ-ChatGPT. Il-pubbliku se jkun mistieden bħala protagonist permezz ta’ workshops ta’ kitba kreattiva u illustrazzjoni, klabbs tal-kotba, u qari ta’ letteratura, bħall-Poeżija Slam, qari ta’ siltiet inediti LGBTIQ+, u s-soltu Palk Ħieles organizzat ma’ Inizjamed. L-element kollaborattiv huwa karatteristika ta’ Kampus Kotba bħala spazju li jippromwovi l-iskambju tal-ideat bejn l-istudenti, l-għalliema, u l-professjonisti mill-qasam tal-pubblikazzjoni. Dis-sena l-KNK ħadem ma’ għaqdiet studenteski, dipartimenti universitarji, għaqdiet mhux governattivi, u entitajiet oħra sabiex ifassal il-Festival u l-attivitajiet, fosthom THINK Magazine, il-Kunsill Malti għall-Arti, l-Għaqda tal-Malti – Università, id-Dipartiment tal-Ingliż, id-Dipartiment tal-Intelliġenza Artifiċjali, Islanders’ Book Club u LGBTI+ Gozo. Il-programm tal-attivitajiet ikun ippubblikat fil-jiem li ġejjin. Xi attivitajiet trid tirreġistra għalihom. Għal aktar dettalji żuru www.ktieb.org.mt jew il-paġna ta’ Facebook tal-KNK. Il-ħinijiet tal-ftuħ huma l-Erbgħa u l-Ħamis bejn id-9am u l-4pm, u l-Ġimgħa bejn id-9am u s-7pm. SHARE POST Related Articles Avviż lill-Esebituri u l-Organizzaturi tal-Avvenimenti – Applikaw Issa Biex Tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Other 14th April, 2026 Read More Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More Ħareġ il-45 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 9th April, 2026 Read More Sejħa għall-Addattamenti Teatrali ta’ Kotba Maltin waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb News 8th April, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jilqa’ Maniġer ġdida News 7th April, 2026 Read More Titnieda l-Iskema tas-Sussidju għall-Kotba Stampati News 1st April, 2026 Read More Ippubblikata l-lista tas-sottomissjonijiet eliġibbli għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Other 30th March, 2026 Read More Il-Programm Sħiħ tal-Konferenza Annwali dwar il-Ktieb: Kelliema varji jistħarrġu r-realtajiet ekonomiċi fl-industrija tal-pubblikazzjoni Inizjattivi 20th March, 2026 Read More Jiftaħ il-Fond Malti tal-Ktieb 2026 b’allokazzjoni akbar u żewġ fergħat oħra għall-E-books u l-Audiobooks Film Funds 17th March, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb waqt il-London Book Fair 2026 Other 19th February, 2026 Read More view all similar news
Avviż lill-Esebituri u l-Organizzaturi tal-Avvenimenti – Applikaw Issa Biex Tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Other 14th April, 2026 Read More
Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More
Sejħa għall-Addattamenti Teatrali ta’ Kotba Maltin waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb News 8th April, 2026 Read More
Ippubblikata l-lista tas-sottomissjonijiet eliġibbli għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Other 30th March, 2026 Read More
Il-Programm Sħiħ tal-Konferenza Annwali dwar il-Ktieb: Kelliema varji jistħarrġu r-realtajiet ekonomiċi fl-industrija tal-pubblikazzjoni Inizjattivi 20th March, 2026 Read More
Jiftaħ il-Fond Malti tal-Ktieb 2026 b’allokazzjoni akbar u żewġ fergħat oħra għall-E-books u l-Audiobooks Film Funds 17th March, 2026 Read More