Home / News / Il-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus 2023 – jitħabbru d-dati u t-tema tal-edizzjoni back to news Il-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus 2023 – jitħabbru d-dati u t-tema tal-edizzjoni Festivals • Il-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus • Other 21st February, 2023 Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (KNK) bi pjaċir iħabbar id-dati tal-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus 2023, li dis-sena se jittella’ bejn l-Erbgħa 22 u l-Ġimgħa 24 ta’ Marzu fil-Kwadranglu tal-Università ta’ Malta. Kampus Kotba jlaqqa’ taħt saqaf wieħed għadd ta’ esebituri lokali – minn pubblikaturi stabbiliti sa ħwienet tal-kotba u NGOs – għal tlitt ijiem ta’ bejgħ u xiri ta’ kotba mżewġin ma’ programm ta’ attivitajiet miftuħ għall-pubbliku ġenerali waqt li mmirat speċifikament għal dak studentesk. It-tema speċjali ta’ din l-edizzjoni se tkun il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb, u l-programm se jkun xhieda ta’ dan b’intervisti u skambji letterarji li jonoraw uħud mir-rebbieħa riċenti. Barra minn hekk ma jonqsux diskussjonijiet tematiċi attwali, ngħidu aħna dwar iċ-ChatGPT. Il-pubbliku se jkun mistieden bħala protagonist permezz ta’ workshops ta’ kitba kreattiva u illustrazzjoni, klabbs tal-kotba, u qari ta’ letteratura, bħall-Poeżija Slam, qari ta’ siltiet inediti LGBTIQ+, u s-soltu Palk Ħieles organizzat ma’ Inizjamed. L-element kollaborattiv huwa karatteristika ta’ Kampus Kotba bħala spazju li jippromwovi l-iskambju tal-ideat bejn l-istudenti, l-għalliema, u l-professjonisti mill-qasam tal-pubblikazzjoni. Dis-sena l-KNK ħadem ma’ għaqdiet studenteski, dipartimenti universitarji, għaqdiet mhux governattivi, u entitajiet oħra sabiex ifassal il-Festival u l-attivitajiet, fosthom THINK Magazine, il-Kunsill Malti għall-Arti, l-Għaqda tal-Malti – Università, id-Dipartiment tal-Ingliż, id-Dipartiment tal-Intelliġenza Artifiċjali, Islanders’ Book Club u LGBTI+ Gozo. Il-programm tal-attivitajiet ikun ippubblikat fil-jiem li ġejjin. Xi attivitajiet trid tirreġistra għalihom. Għal aktar dettalji żuru www.ktieb.org.mt jew il-paġna ta’ Facebook tal-KNK. Il-ħinijiet tal-ftuħ huma l-Erbgħa u l-Ħamis bejn id-9am u l-4pm, u l-Ġimgħa bejn id-9am u s-7pm. SHARE POST Related Articles Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb bi branding ġdid! News 5th March, 2025 Read More Sejħa għal Delegati: Malta magħżula bħala l-Pajjiż Fokus għall-Mediterranea Publishing Fellowship Other 28th February, 2025 Read More Il-KNK u l-Wikimedia Malta jħabbru l-Wikimedians in Residence għall-Proġett tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb Other 20th February, 2025 Read More Jiftħu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Other 17th February, 2025 Read More Il-KNK isaħħaħ il-preżenza tal-imsieħba fil-London Book Fair 2025 Esportazzjoni letterarja 11th February, 2025 Read More Ir-Rapport Annwali tal-KNK għall-2024 Other 4th February, 2025 Read More Festivals, Fondi u Inizjattivi għall-2025: Dati Ewlenin Esportazzjoni letterarja 29th January, 2025 Read More Ejja sal-London Book Fair 2025 mal-KNK: Biljetti għall-Imsieħba tal-KNK minn Malta Esportazzjoni letterarja 13th January, 2025 Read More Kirsten Spiteri jirbaħ il-Konkors ta’ Kitba għaż-Żgħażagħ 2024 Konkorsi għaż-żgħażagħ 13th January, 2025 Read More Ħareġ l-40 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 10th January, 2025 Read More view all similar news
Sejħa għal Delegati: Malta magħżula bħala l-Pajjiż Fokus għall-Mediterranea Publishing Fellowship Other 28th February, 2025 Read More
Il-KNK u l-Wikimedia Malta jħabbru l-Wikimedians in Residence għall-Proġett tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb Other 20th February, 2025 Read More
Jiftħu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Other 17th February, 2025 Read More
Il-KNK isaħħaħ il-preżenza tal-imsieħba fil-London Book Fair 2025 Esportazzjoni letterarja 11th February, 2025 Read More
Festivals, Fondi u Inizjattivi għall-2025: Dati Ewlenin Esportazzjoni letterarja 29th January, 2025 Read More
Ejja sal-London Book Fair 2025 mal-KNK: Biljetti għall-Imsieħba tal-KNK minn Malta Esportazzjoni letterarja 13th January, 2025 Read More
Kirsten Spiteri jirbaħ il-Konkors ta’ Kitba għaż-Żgħażagħ 2024 Konkorsi għaż-żgħażagħ 13th January, 2025 Read More