Home / News / Stqarrija uffiċjali mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Back to News Stqarrija uffiċjali mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Other 30th November, 2023 Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (KNK) jixtieq jinforma lill-pubbliku, il-midja, u l-partijiet ikkonċernati li bl-ebda mod ma ta xi għajnuna finanzjarja, appoġġ jew viżibbiltà lill-ktieb Mein Führer Adolf Hitler – L-Istorja u l-Bijografija ta’ Ronald Bugeja. Il-KNK ipprovda biss in-numru tal-ISBN fis-6 ta’ Mejju 2022, bħala l-aġent tal-ISBN f’Malta. Il-ħruġ tan-numru tal-ISBN mhuwiex relatat mal-kontenut ta’ pubblikazzjoni. Il-KNK la kien mgħarraf u lanqas konxju li l-awtur semma lill-KNK fir-ringrazzjamenti speċjali tiegħu f’paġna 396. Madankollu, waqt il-proċess ta’ klassifikazzjoni u eliġibbiltà għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb, individwi differenti wrew it-tħassib tagħhom jekk dan il-ktieb għandux jiġi inkluż, u għalhekk fit-28 ta’ Marzu 2023, il-KNK fittex parir legali. Waqt li l-KNK ikkunsidra d-dritt tal-libertà tal-espressjoni kif tistabbilixxi l-kostituzzjoni ta’ Malta u l-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet Umani Fundamentali, iddeċieda li ma jinkludix l-imsemmi ktieb fil-lista t-twila tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb għall-kotba ppubblikati fl-2022. Il-KNK ħa din id-deċiżjoni minħabba l-kontenut tal-ktieb u konsegwentament l-etika marbuta miegħu, kif ukoll il-possibbiltà ta’ riperkussjonijiet legali assoċjati ma’ ktieb li jippromwovi jew japprova ġenoċidju mwettaq mir-reġim Nażista (b’referenza għal Artiklu 82B tal-Kodiċi Kriminali Malti). Il-lista t-twila tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb li saret referenza għaliha ġiet ippubblikata fl-4 ta’ April 2023 u tinsab hawn. Il-KNK jiddisassoċja ruħu min-natura tal-kontenut tal-ktieb u l-implikazzjonijiet tagħha, u jinkoraġġixxi lill-partijiet ikkonċernati u l-midja biex jikkuntattjaw lill-uffiċċju tagħna jekk jeħtieġu kjarifika fuq il-pożizzjoni tiegħu. SHARE POST Related Articles Il-KNK jippubblika r-Rapport Annwali għall-2025 News 17th April, 2026 Read More Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More Avviż lill-Esebituri u l-Organizzaturi tal-Avvenimenti – Applikaw Issa Biex Tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Other 14th April, 2026 Read More Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More Ħareġ il-45 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 9th April, 2026 Read More Sejħa għall-Addattamenti Teatrali ta’ Kotba Maltin waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb News 8th April, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jilqa’ Maniġer ġdida News 7th April, 2026 Read More Titnieda l-Iskema tas-Sussidju għall-Kotba Stampati News 1st April, 2026 Read More Ippubblikata l-lista tas-sottomissjonijiet eliġibbli għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Other 30th March, 2026 Read More Il-Programm Sħiħ tal-Konferenza Annwali dwar il-Ktieb: Kelliema varji jistħarrġu r-realtajiet ekonomiċi fl-industrija tal-pubblikazzjoni Inizjattivi 20th March, 2026 Read More view all similar news
Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More
Avviż lill-Esebituri u l-Organizzaturi tal-Avvenimenti – Applikaw Issa Biex Tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Other 14th April, 2026 Read More
Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More
Sejħa għall-Addattamenti Teatrali ta’ Kotba Maltin waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb News 8th April, 2026 Read More
Ippubblikata l-lista tas-sottomissjonijiet eliġibbli għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Other 30th March, 2026 Read More
Il-Programm Sħiħ tal-Konferenza Annwali dwar il-Ktieb: Kelliema varji jistħarrġu r-realtajiet ekonomiċi fl-industrija tal-pubblikazzjoni Inizjattivi 20th March, 2026 Read More