Home / News / Stqarrija uffiċjali mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Back to News Stqarrija uffiċjali mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Other 30th November, 2023 Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (KNK) jixtieq jinforma lill-pubbliku, il-midja, u l-partijiet ikkonċernati li bl-ebda mod ma ta xi għajnuna finanzjarja, appoġġ jew viżibbiltà lill-ktieb Mein Führer Adolf Hitler – L-Istorja u l-Bijografija ta’ Ronald Bugeja. Il-KNK ipprovda biss in-numru tal-ISBN fis-6 ta’ Mejju 2022, bħala l-aġent tal-ISBN f’Malta. Il-ħruġ tan-numru tal-ISBN mhuwiex relatat mal-kontenut ta’ pubblikazzjoni. Il-KNK la kien mgħarraf u lanqas konxju li l-awtur semma lill-KNK fir-ringrazzjamenti speċjali tiegħu f’paġna 396. Madankollu, waqt il-proċess ta’ klassifikazzjoni u eliġibbiltà għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb, individwi differenti wrew it-tħassib tagħhom jekk dan il-ktieb għandux jiġi inkluż, u għalhekk fit-28 ta’ Marzu 2023, il-KNK fittex parir legali. Waqt li l-KNK ikkunsidra d-dritt tal-libertà tal-espressjoni kif tistabbilixxi l-kostituzzjoni ta’ Malta u l-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet Umani Fundamentali, iddeċieda li ma jinkludix l-imsemmi ktieb fil-lista t-twila tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb għall-kotba ppubblikati fl-2022. Il-KNK ħa din id-deċiżjoni minħabba l-kontenut tal-ktieb u konsegwentament l-etika marbuta miegħu, kif ukoll il-possibbiltà ta’ riperkussjonijiet legali assoċjati ma’ ktieb li jippromwovi jew japprova ġenoċidju mwettaq mir-reġim Nażista (b’referenza għal Artiklu 82B tal-Kodiċi Kriminali Malti). Il-lista t-twila tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb li saret referenza għaliha ġiet ippubblikata fl-4 ta’ April 2023 u tinsab hawn. Il-KNK jiddisassoċja ruħu min-natura tal-kontenut tal-ktieb u l-implikazzjonijiet tagħha, u jinkoraġġixxi lill-partijiet ikkonċernati u l-midja biex jikkuntattjaw lill-uffiċċju tagħna jekk jeħtieġu kjarifika fuq il-pożizzjoni tiegħu. SHARE POST Related Articles Il-kittieb Skoċċiż ta’ fama internazzjonali Ian Rankin għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb ’26 Festivals 23rd June, 2026 Read More Ejja Skopri l-Istorja – Jitnieda l-Poster tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Festivals 15th June, 2026 Read More Il-KNK jagħti donazzjoni ta’ kotba lill-Isptar Monte Karmeli News 9th June, 2026 Read More Għandek idea tajba għal ktieb? Ara ftit dal-kors li fetaħ illum News 8th June, 2026 Read More Skopri l-Istorja fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb! Festivals 18th May, 2026 Read More Il-Malti John Edward DeMicoli jirbaħ il-Premju Commonwealth għan-Novelli 2026 mir-reġjun tal-Kanada u l-Ewropa Other 13th May, 2026 Read More Jiftaħ il-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija Doreen Micallef 2026 Other 12th May, 2026 Read More Il-Maltin jixtru 3 kotba fis-sena – sondaġġ ġdid News 12th May, 2026 Read More Sejħa Miftuħa għas-sottomissjonijiet ta’ illustrazzjonijiet għall-esebizzjoni From Illustration to Book fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Festivals 11th May, 2026 Read More Il-KNK jippubblika r-Rapport Annwali għall-2025 News 17th April, 2026 Read More view all similar news
Il-kittieb Skoċċiż ta’ fama internazzjonali Ian Rankin għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb ’26 Festivals 23rd June, 2026 Read More
Ejja Skopri l-Istorja – Jitnieda l-Poster tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Festivals 15th June, 2026 Read More
Il-Malti John Edward DeMicoli jirbaħ il-Premju Commonwealth għan-Novelli 2026 mir-reġjun tal-Kanada u l-Ewropa Other 13th May, 2026 Read More
Sejħa Miftuħa għas-sottomissjonijiet ta’ illustrazzjonijiet għall-esebizzjoni From Illustration to Book fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Festivals 11th May, 2026 Read More