Home / News / Żewġ impjegati ġodda mal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Back to News Żewġ impjegati ġodda mal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Other 10th August, 2023 Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (KNK) bi pjaċir iħabbar l-ingaġġ ta’ żewġ impjegati ġodda fi ħdan it-tim tiegħu: Jasmine Bajada u Teodor Reljić. Jasmine Bajada se tkun qed tokkupa l-irwol ta’ manager, u fost l-oħrajn se tkun qed taħdem mal-bqija tat-tim fl-organizzazzjoni tal-avvenimenti, il-konkorsi, il-fondi, u l-inizjattivi ewlenin li l-KNK ikollu ta’ kull sena. Bajada studjat l-Ingliż u l-Malti fl-Università ta’ Malta u kisbet Maġisteru fil-letteratura u l-kritika Ingliża. Matul l-aħħar sentejn, ħadmet bħala riċerkatriċi u lettriċi fi ħdan l-istess università. L-esejs kritiċi u r-reċensjonijiet tagħha dehru f’diversi rivisti internazzjonali fosthom Fourth Genre u CounterText. Tikteb ukoll poeżiji bil-Malti u l-aħħar xogħol tagħha ġie ppubblikat f’Modern Poetry in Translation. Teodor Reljić se jkun qed jokkupa l-kariga ta’ manager tal-marketing, u fost l-oħrajn se jkun qed jgħin lill-KNK fir-relazzjonijiet pubbliċi u jmexxi l-kampanji tal-marketing tad-diversi avvenimenti, konkorsi, fondi u inizjattivi tal-Kunsill. Reljić ħadem bħala ġurnalist freelance u kittieb tal-kontenut bejn l-2016 u l-2020, u wara serva bħala uffiċjal tal-komunikazzjoni fil-UNHCR Malta sa Awwissu 2023. Stabbilixxa ruħu bħala ġurnalist kulturali ewlieni wara li beda jaħdem mal-ġurnal MaltaToday, fejn serva wkoll bħala kritiku tal-films. Huwa wkoll l-awtur ta’ rumanz, u serje ta’ komiks, kif ukoll kiteb l-iskript ta’ films u films qosra f’Malta. Il-KNK ħerqan biex jibda jaħdem ma’ dawn iż-żewġ impjegati ġodda, li issa huma parti minn tim li kulma jmur qed jikber sabiex joffri servizz aħjar lill-imsieħba fl-industrija tal-pubblikazzjoni. SHARE POST Related Articles Il-KNK jippubblika r-Rapport Annwali għall-2025 News 17th April, 2026 Read More Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More Avviż lill-Esebituri u l-Organizzaturi tal-Avvenimenti – Applikaw Issa Biex Tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Other 14th April, 2026 Read More Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More Ħareġ il-45 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 9th April, 2026 Read More Sejħa għall-Addattamenti Teatrali ta’ Kotba Maltin waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb News 8th April, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jilqa’ Maniġer ġdida News 7th April, 2026 Read More Titnieda l-Iskema tas-Sussidju għall-Kotba Stampati News 1st April, 2026 Read More Ippubblikata l-lista tas-sottomissjonijiet eliġibbli għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Other 30th March, 2026 Read More Il-Programm Sħiħ tal-Konferenza Annwali dwar il-Ktieb: Kelliema varji jistħarrġu r-realtajiet ekonomiċi fl-industrija tal-pubblikazzjoni Inizjattivi 20th March, 2026 Read More view all similar news
Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More
Avviż lill-Esebituri u l-Organizzaturi tal-Avvenimenti – Applikaw Issa Biex Tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Other 14th April, 2026 Read More
Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More
Sejħa għall-Addattamenti Teatrali ta’ Kotba Maltin waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb News 8th April, 2026 Read More
Ippubblikata l-lista tas-sottomissjonijiet eliġibbli għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Other 30th March, 2026 Read More
Il-Programm Sħiħ tal-Konferenza Annwali dwar il-Ktieb: Kelliema varji jistħarrġu r-realtajiet ekonomiċi fl-industrija tal-pubblikazzjoni Inizjattivi 20th March, 2026 Read More