Home / News / Stqarrija uffiċjali mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Back to News Stqarrija uffiċjali mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Other 14th April, 2023 Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb kontinwament iħabrek sabiex irawwem ambjent pożittiv u ta’ sapport fl-industrija Maltija tal-ktieb, jippreżenta l-interessi tal-kittieba u l-pubblikaturi, u jippromwovi l-imħabba għall-qari fil-forom varji tiegħu. Jisgħobbina minn qalbna dwar l-inċident fl-aħħar jiem fuq il-mezzi soċjali li fih kienet involuta waħda mill-impjegati tagħna. Nassiguraw lill-imsieħba tagħna, lil dawk li jsegwuna u lill-pubbliku li dil-kwistjoni ġiet indirizzata internament. L-impjegata inkwistjoni hija ddedikata fl-irwol li għandha fil-Kunsill. Il-KNK ħerqan li jaħdem mal-imsieħba fl-industrija sabiex jiżgura l-inklussività u l-ġustizzja fl-ambjent letterarju Malti. Napoloġizzaw bis-sinċerità kollha jekk kien hemm xi persuni mweġġgħin mill-komunità tal-kittieba jew il-pubbliku. Qed inqisu din bħala opportunità għal trawwim aħjar ta’ sapport u trasparenza minn issa ’l quddiem. Il-KNK kommess li jservi lil nies minn kull sfond u li jippromwovi ilħna diversi mill-komunità letterarja sabiex l-orizzonti kulturali tagħna jitjiebu. Għal li ġej, il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb se jkun qed idaħħal korsijiet ta’ taħriġ għall-istaff sabiex tissaħħaħ l-imġiba professjonali u rispettuża fl-interazzjonijiet kollha tagħna, speċjalment dawk fid-dinja tal-online. Se nkunu qed nirrevedu l-politiki tagħna dwar il-midja soċjali biex xi ħaġa hekk ma tirrepetix ruħha. Napprezzaw is-suġġerimenti li rċevejna mill-komunità tal-kotba, u nħeġġu djalogu miftuħ mal-kittieba, pubblikaturi, edituri, tradutturi u illustraturi Maltin sabiex sitwazzjonijiet simili jkunu indirizzati aħjar u sabiex insaħħu l-ħidma tagħna ma’ ħaddieħor għat-titjib tal-ekosistema letterarja lokali. Nirringrazzjawkom talli fhimtuna u tas-sapport ma jaqtax. SHARE POST Related Articles Irreġistra mil-lum għall-Konferenza Annwali dwar il-Ktieb Other 17th February, 2026 Read More Kif tapplika għal Residenzi tal-Kitba u Workshops barra minn Malta: Sessjoni Zoom b’xejn minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit Other 12th February, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb isellem il-memorja ta’ Lina Brockdorff Other 11th February, 2026 Read More Jiftħu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Other 3rd February, 2026 Read More Kif tikkonnettja ma’ Djar Żgħar ta’ Pubblikazzjoni : Sessjoni b’xejn fuq Zoom għal Awturi u pubblikaturi Maltin minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit News 27th January, 2026 Read More Festival, Fondi u Żviluppi Strateġiċi għall-2026: Dati Ewlenin Festivals 26th January, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb b’donazzjoni ta’ kotba lil Malta Libraries Inizjattivi 16th January, 2026 Read More EJJA SAL-LONDON BOOK FAIR 2026 MAL-KNK: BILJETTI GĦALL-IMSIEĦBA TAL-KNK MINN MALTA Literary Exports 12th January, 2026 Read More Ħareġ l-44 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 9th January, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb isellem il-memorja ta’ Alfred Palma News 20th December, 2025 Read More view all similar news
Kif tapplika għal Residenzi tal-Kitba u Workshops barra minn Malta: Sessjoni Zoom b’xejn minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit Other 12th February, 2026 Read More
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb isellem il-memorja ta’ Lina Brockdorff Other 11th February, 2026 Read More
Kif tikkonnettja ma’ Djar Żgħar ta’ Pubblikazzjoni : Sessjoni b’xejn fuq Zoom għal Awturi u pubblikaturi Maltin minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit News 27th January, 2026 Read More
Festival, Fondi u Żviluppi Strateġiċi għall-2026: Dati Ewlenin Festivals 26th January, 2026 Read More
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb b’donazzjoni ta’ kotba lil Malta Libraries Inizjattivi 16th January, 2026 Read More
EJJA SAL-LONDON BOOK FAIR 2026 MAL-KNK: BILJETTI GĦALL-IMSIEĦBA TAL-KNK MINN MALTA Literary Exports 12th January, 2026 Read More
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb isellem il-memorja ta’ Alfred Palma News 20th December, 2025 Read More