Home / News / Il-KNK isellem il-memorja tal-pubblikatur Zvezdan Reljić Back to News Il-KNK isellem il-memorja tal-pubblikatur Zvezdan Reljić Other 22nd December, 2023 B’diqa kbira l-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb isellem il-memorja tal-pubblikatur u fotografu Zvezdan Reljić. Huwa kien il-fundatur u d-direttur tad-dar tal-publikazzjoni Ede Books, magħrufa għall-pubblikazzjonijiet u formati innovattivi, u li ppubbblikat għadd ta’ rebbieħa tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb, fosthom ir-rumanz riċenti ta’ Loranne Vella, Marta Marta (2022). L-interess u s-snin twal ta’ esperjenza ta’ Reljić fil-fotografija, l-istampar, u l-pubblikazzjoni ltaqgħu fil-proġett u l-ktieb Wiċċna (2018), li jiġbor fih aktar minn 220 ritratt ta’ residenti Maltin stampati bl-idejn, u riflessjonijiet estetiċi u letterarji dwar l-identità, il-fisjonomija u l-fotografija. F’dawn l-aħħar snin kien ukoll fundatur tal-koperattiva Kixott, li tilqa’ fiha ħanut tal-kotba u spazju kulturali għal attivitajiet letterarji u mill-qasam artistiku. Iben Reljić, Teodor, huwa impjegat tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb. Nibagħtu l-għomor lill-familja u l-qrabat f’dawn iż-żminijiet diffiċli. SHARE POST Related Articles POŻIZZJONI TA’ MANAGER MAL-KUNSILL NAZZJONALI TAL-KTIEB: JOBSPLUS PERMIT NUMBER 881/2025 News 9th September, 2025 Read More Ir-rebbieħa tal-Premju Booker Samantha Harvey għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb Festivals 2nd September, 2025 Read More Jiftaħ għas-sottomissjonijiet bil-Malti u bl-Ingliż il-Premju Commonwealth għan-Novelli 2026 Other 1st September, 2025 Read More Jitħabbru l-finalisti tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 News 26th August, 2025 Read More X’Jagħmel Novella Kbira? News 18th August, 2025 Read More IL-KNK IĦABBAR WORKSHOP TOUR DWAR IN-NOVELLA (AWW-OTT 2025) News 5th August, 2025 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb iniedi l-Istrateġija fuq Ħames Snin 2025-2030 News 5th August, 2025 Read More Sandra Hili Vassallo Tinħatar Direttur Eżekuttiv tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb News 22nd July, 2025 Read More Joħorġu r-riżultati tal-Fond Malti tal-Ktieb 2025 Fondi 15th July, 2025 Read More Ħareġ it-42 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 9th July, 2025 Read More view all similar news
POŻIZZJONI TA’ MANAGER MAL-KUNSILL NAZZJONALI TAL-KTIEB: JOBSPLUS PERMIT NUMBER 881/2025 News 9th September, 2025 Read More
Ir-rebbieħa tal-Premju Booker Samantha Harvey għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb Festivals 2nd September, 2025 Read More
Jiftaħ għas-sottomissjonijiet bil-Malti u bl-Ingliż il-Premju Commonwealth għan-Novelli 2026 Other 1st September, 2025 Read More
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb iniedi l-Istrateġija fuq Ħames Snin 2025-2030 News 5th August, 2025 Read More
Sandra Hili Vassallo Tinħatar Direttur Eżekuttiv tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb News 22nd July, 2025 Read More