Home / News / Sejħa għal sottomissjonijiet minn illustraturi: esebixxi l-illustrazzjoni tiegħek waqt il-london book fair 2024 Back to News Sejħa għal sottomissjonijiet minn illustraturi: esebixxi l-illustrazzjoni tiegħek waqt il-london book fair 2024 Esportazzjoni letterarja • London Book Fair • Other 9th February, 2024 [vc_row css=”.vc_custom_1707483781227{padding-right: 5px !important;padding-left: 10px !important;}”][vc_column][vc_column_text]Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (KNK) qed jistieden lill-illustraturi Maltin sabiex iressqu proposti bix-xogħol artistiku tagħhom bl-għan li jintwera fl-istand tagħna waqt il-London Book Fair 2024. Bħala entità pubblika, il-KNK għandu rwol importanti fil-ħidma fost il-pubblikaturi, l-awturi, l-edituri, it-tradutturi u l-illustraturi. L-għan tagħna huwa li nrawmu passjoni għal-letteratura, nissapportjaw kull forma ta’ espressjoni letterarja, u noffru servizzi essenzjali lill-industrija, inkluż promozzjoni internazzjonali. Il-KNK ilu jaħdem favur l-illustraturi, b’rikonoxximent għall-irwol tagħhom fl-industrija li ta’ spiss jintnesa. Inizjattivi li saru diġà jinkludu l-pubblikazzjoni tal-Annwal tal-MCOI, il-kollaborazzjoni mal-Kunsill Malti għall-Arti għall-esebizzjoni ‘From Illustration to Book’, u l-parteċipazzjoni tal-illustraturi Maltin waqt fieri tal-kotba internazzjonali li huma prestiġġjużi bħal-London Book Fair 2023. – Ir-rekwiżiti għas-sottomissjoni L-illustraturi huma mistiedna jressqu proposti b’illustrazzjonijiet ippubblikati sabiex jiġu esebiti f’wirja ta’ xogħol artistiku fl-istand tal-KNK waqt il-London Book Fair 2024. 8 illustrazzjonijiet biss se jiġu magħżula għall-wirja tal-illustraturi, iżda l-illustraturi kollha li se jressqu xogħolhom se jkunu qed jagħmlu parti mill-katalgu ta’ drittijiet barranin għall-2024, li se jitqassam waqt fieri tal-kotba internazzjonali matul is-sena. – Linji gwida u dettalji Il-wirja tal-illustraturi fl-istand tal-KNK se tesebixxi 8 illustrazzjonijiet. Din hija opporuntunità unika sabiex jiġi esebit ix-xogħol artistiku tal-professjonisti f’din l-industrija (ara r-ritratt mehmuż għal rappreżentazzjoni viżwali tal-wirja tas-sena l-oħra). L-illustrazzjoni se tiġi stampata bħala parti minn full vinyl sticker wrap, u għalhekk nirrekjedu fajl tat-tip PDF jew JPG b’reżoluzzjoni għolja li huwa lest biex jiġi stampat. Ressaq illustrazzjoni li tirrappreżenta x-xogħol tiegħek f’format għall-wisa’ (landscape), ta’ 891mm (wisa’) x 594mm (tul), 300 dpi, CMYK u pdf/tiff (bleed mhix neċessarja), flimkien mad-dettalji t’hawn taħt: [ISEM TAL-ILLUSTRATUR] Website: … Email: … [BIJONOTA – MASSIMU ta’ 50 kelma. Eżempju: Jien illustratur għal rasi, li norbot tpinġija bl-idejn ma’ tekniċi diġitali …] L-ispazju jista’ jiġi utilizzat kif mixtieq, u tista’ anki tinkludi aktar minn illustrazzjoni waħda. Ħares lejn ir-ritratt mehmuż biex tispira ruħek. – Għeluq għas-sottomissjonijiet Is-sottomissjonijiet għandhom jaslulna sat-13 ta’ Frar 2024. Issottometti l-proposta tiegħek lil simona.cassano@ktieb.org.mt sad-data t’hawn fuq. Il-proċess biex jintgħażlu l-illustrazzjonijiet se jsir b’ħidma kollaborattiva bejn il-Malta Community of Illustrators (MCOI) u l-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (KNK). L-MCOI u l-KNK se jevalwaw is-sottomissjonijiet kollha u jagħżlu l-aktar illustrazzjonijiet rappreżentattivi u li jolqtu l-għajn. B’enfasi fuq il-kreattività u l-kwalità, il-bord se jagħżel 8 illustrazzjonijiet li jirriflettu t-talent varjat u l-espressjoni artistika rikka tal-illustraturi Maltin. Din il-kollaborazzjoni se tiżgura proċess ta’ selezzjoni ġust u komprensiv. Ħalli l-kreattività tiegħek tiffjorixxi waqt li nuru r-rikkezza tal-arti Maltija fuq il-palk globali! [/vc_column_text][/vc_column][/vc_row] SHARE POST Related Articles Ħareġ it-43 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 8th October, 2025 Read More Sir af min huma l-Esebituri tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb! Malta Book Festival 8th October, 2025 Read More Niktbu mill-Ġdid b’Għodda Fjamanti f’Idejna! Workshops u Masterclasses Għalik waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb ’25 Malta Book Festival 2nd October, 2025 Read More Jitħabbru r-rebbieħa tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 waqt ċerimonja fil-Kastell Verdala Other 26th September, 2025 Read More Niktbu mill-Ġdid Flimkien: Inniedu l-Programm tal-Attivitajiet tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb! Festivals 23rd September, 2025 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Iniedi l-Filmat Promozzjonali tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb Festivals 16th September, 2025 Read More Il-letteratura għat-tfal tieħu ħajja dinamika waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb Festivals 10th September, 2025 Read More Ħatriet ġodda fil-Bord tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Other 10th September, 2025 Read More POŻIZZJONI TA’ MANAGER MAL-KUNSILL NAZZJONALI TAL-KTIEB: JOBSPLUS PERMIT NUMBER 881/2025 News 9th September, 2025 Read More Ir-rebbieħa tal-Premju Booker Samantha Harvey għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb Festivals 2nd September, 2025 Read More view all similar news
Sir af min huma l-Esebituri tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb! Malta Book Festival 8th October, 2025 Read More
Niktbu mill-Ġdid b’Għodda Fjamanti f’Idejna! Workshops u Masterclasses Għalik waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb ’25 Malta Book Festival 2nd October, 2025 Read More
Jitħabbru r-rebbieħa tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 waqt ċerimonja fil-Kastell Verdala Other 26th September, 2025 Read More
Niktbu mill-Ġdid Flimkien: Inniedu l-Programm tal-Attivitajiet tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb! Festivals 23rd September, 2025 Read More
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Iniedi l-Filmat Promozzjonali tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb Festivals 16th September, 2025 Read More
Il-letteratura għat-tfal tieħu ħajja dinamika waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb Festivals 10th September, 2025 Read More
POŻIZZJONI TA’ MANAGER MAL-KUNSILL NAZZJONALI TAL-KTIEB: JOBSPLUS PERMIT NUMBER 881/2025 News 9th September, 2025 Read More
Ir-rebbieħa tal-Premju Booker Samantha Harvey għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb Festivals 2nd September, 2025 Read More