Home / News / Donazzjoni ta’ kotba lil Malta Libraries fil-Jum Dinji tal-Ktieb u d-Drittijiet tal-Awtur 2024 Back to News Donazzjoni ta’ kotba lil Malta Libraries fil-Jum Dinji tal-Ktieb u d-Drittijiet tal-Awtur 2024 Inizjattivi • Other 23rd April, 2024 Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (KNK) ippreżenta donazzjoni mdaqqsa ta’ kotba lil Malta Libraries, illum fil-Jum Dinji tal-Ktieb u d-Drittijiet tal-Awtur. Din hija waħda minn żewġ donazzjonijiet kbar li l-KNK jagħti kull sena lil Malta Libraries, sabiex nassiguraw li l-ixkafef tal-libreriji pubbliċi ta’ Malta u Għawdex jibqa’ jkollhom l-aħjar u l-aktar kotba riċenti ppubblikati f’Malta. Id-Direttur Eżekuttiv tal-KNK, Simona Cassano, ippreżentat għadd ta’ kotba li jvarjaw minn kotba għall-adulti u ż-żgħażagħ kemm ta’ natura fittizja, mhux fittizja u akkademika, sa kotba għat-tfal. Fost dal-kotba wieħed isib rebbieħa u finalisti tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb u l-Premju Terramaxka 2023. Doreen Borg Zammit, Deputat Librara, laqgħet il-kotba f’isem Malta Libraries. Fl-okkażjoni tal-Jum Dinji tal-Ktieb u d-Drittijiet tal-Awtur, il-KNK bi pjaċir qed jaqsam l-ewwel episodju tas-serje ‘Kif Isir Ktieb’, f’ħidma ma’ Lovin Malta. F’dan il-filmat, Franco Portelli minn Gutenberg Press, Glen Calleja minn Kotba Calleja, u Chris Gruppetta minn Merlin Publishers jitkellmu dwar il-ktieb bħala prodott u l-proċess tal-produzzoni, kemm mil-lat industrijali u anki minn dak artiġjanali. Ibqgħu segwuna għaż-żewġ episodji li jmiss, li se jkunu magħkom dalwaqt! SHARE POST Related Articles Sandra Hili Vassallo Tinħatar Direttur Eżekuttiv tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb News 22nd July, 2025 Read More Joħorġu r-riżultati tal-Fond Malti tal-Ktieb 2025 Fondi 15th July, 2025 Read More Ħareġ it-42 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 9th July, 2025 Read More L-editriċi rinomata mill-Istati Uniti Ann VanderMeer b’workshop waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb ‘25 Festivals 8th July, 2025 Read More Jeff VanderMeer huwa l-mistieden speċjali tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb ’25 Festivals 24th June, 2025 Read More Sejħa Miftuħa għal Proposti ta’ Installazzjoni: Ix-Xogħol Artistiku Ċentrali tal-Esebizzjoni From Illustration to Book waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Festivals 26th May, 2025 Read More Drittijietek! Sessjoni b’xejn fuq Zoom mill-Aġent Letterarju Simon Trewin lill-imsieħba tagħna News 26th May, 2025 Read More SEJĦA GĦALL-APPLIKAZZJONIJIET: POŻIZZJONI TA’ DIRETTUR (EŻEKUTTIV) MAL-KUNSILL NAZZJONALI TAL-KTIEB Other 16th May, 2025 Read More Fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2025 se Niktbu mill-Ġdid! News 14th May, 2025 Read More Jiftaħ il-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija Doreen Micallef 2025 News 12th May, 2025 Read More view all similar news
Sandra Hili Vassallo Tinħatar Direttur Eżekuttiv tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb News 22nd July, 2025 Read More
L-editriċi rinomata mill-Istati Uniti Ann VanderMeer b’workshop waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb ‘25 Festivals 8th July, 2025 Read More
Jeff VanderMeer huwa l-mistieden speċjali tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb ’25 Festivals 24th June, 2025 Read More
Sejħa Miftuħa għal Proposti ta’ Installazzjoni: Ix-Xogħol Artistiku Ċentrali tal-Esebizzjoni From Illustration to Book waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Festivals 26th May, 2025 Read More
Drittijietek! Sessjoni b’xejn fuq Zoom mill-Aġent Letterarju Simon Trewin lill-imsieħba tagħna News 26th May, 2025 Read More
SEJĦA GĦALL-APPLIKAZZJONIJIET: POŻIZZJONI TA’ DIRETTUR (EŻEKUTTIV) MAL-KUNSILL NAZZJONALI TAL-KTIEB Other 16th May, 2025 Read More