Home / News / Donazzjoni ta’ kotba lil Malta Libraries fil-Jum Dinji tal-Ktieb u d-Drittijiet tal-Awtur 2024 Back to News Donazzjoni ta’ kotba lil Malta Libraries fil-Jum Dinji tal-Ktieb u d-Drittijiet tal-Awtur 2024 Inizjattivi • Other 23rd April, 2024 Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (KNK) ippreżenta donazzjoni mdaqqsa ta’ kotba lil Malta Libraries, illum fil-Jum Dinji tal-Ktieb u d-Drittijiet tal-Awtur. Din hija waħda minn żewġ donazzjonijiet kbar li l-KNK jagħti kull sena lil Malta Libraries, sabiex nassiguraw li l-ixkafef tal-libreriji pubbliċi ta’ Malta u Għawdex jibqa’ jkollhom l-aħjar u l-aktar kotba riċenti ppubblikati f’Malta. Id-Direttur Eżekuttiv tal-KNK, Simona Cassano, ippreżentat għadd ta’ kotba li jvarjaw minn kotba għall-adulti u ż-żgħażagħ kemm ta’ natura fittizja, mhux fittizja u akkademika, sa kotba għat-tfal. Fost dal-kotba wieħed isib rebbieħa u finalisti tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb u l-Premju Terramaxka 2023. Doreen Borg Zammit, Deputat Librara, laqgħet il-kotba f’isem Malta Libraries. Fl-okkażjoni tal-Jum Dinji tal-Ktieb u d-Drittijiet tal-Awtur, il-KNK bi pjaċir qed jaqsam l-ewwel episodju tas-serje ‘Kif Isir Ktieb’, f’ħidma ma’ Lovin Malta. F’dan il-filmat, Franco Portelli minn Gutenberg Press, Glen Calleja minn Kotba Calleja, u Chris Gruppetta minn Merlin Publishers jitkellmu dwar il-ktieb bħala prodott u l-proċess tal-produzzoni, kemm mil-lat industrijali u anki minn dak artiġjanali. Ibqgħu segwuna għaż-żewġ episodji li jmiss, li se jkunu magħkom dalwaqt! SHARE POST Related Articles Il-KNK jippubblika r-Rapport Annwali għall-2025 News 17th April, 2026 Read More Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More Avviż lill-Esebituri u l-Organizzaturi tal-Avvenimenti – Applikaw Issa Biex Tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Other 14th April, 2026 Read More Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More Ħareġ il-45 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 9th April, 2026 Read More Sejħa għall-Addattamenti Teatrali ta’ Kotba Maltin waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb News 8th April, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jilqa’ Maniġer ġdida News 7th April, 2026 Read More Titnieda l-Iskema tas-Sussidju għall-Kotba Stampati News 1st April, 2026 Read More Ippubblikata l-lista tas-sottomissjonijiet eliġibbli għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Other 30th March, 2026 Read More Il-Programm Sħiħ tal-Konferenza Annwali dwar il-Ktieb: Kelliema varji jistħarrġu r-realtajiet ekonomiċi fl-industrija tal-pubblikazzjoni Inizjattivi 20th March, 2026 Read More view all similar news
Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More
Avviż lill-Esebituri u l-Organizzaturi tal-Avvenimenti – Applikaw Issa Biex Tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Other 14th April, 2026 Read More
Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More
Sejħa għall-Addattamenti Teatrali ta’ Kotba Maltin waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb News 8th April, 2026 Read More
Ippubblikata l-lista tas-sottomissjonijiet eliġibbli għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Other 30th March, 2026 Read More
Il-Programm Sħiħ tal-Konferenza Annwali dwar il-Ktieb: Kelliema varji jistħarrġu r-realtajiet ekonomiċi fl-industrija tal-pubblikazzjoni Inizjattivi 20th March, 2026 Read More