Home / News / Jiftaħ il-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija Doreen Micallef 2024 Back to News Jiftaħ il-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija Doreen Micallef 2024 Konkors Nazzjonali tal-Poeżija • Konkorsi Letterarji • Other 9th May, 2024 Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (KNK) qed jistieden lil poeti li jiktbu bil-Malti biex jipparteċipaw fis-sitt edizzjoni tal-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija Doreen Micallef li tnieda fl-2019 bil-għan li jsaħħaħ il-kitba poetika f’Malta u biex jiċċelebra l-poeżija miktuba bil-Malti. F’dawn l-aħħar snin il-Konkors intrebaħ minn poeti stabbiliti fosthom Therese Pace, Carmel Scicluna, il-Poeta Lawreata Nadia Mifsud, kif ukoll minn ilħna ġodda bħal Klara Vassallo. Bis-saħħa ta’ dan il-konkors, u oħrajn simili organizzati tul is-sena, il-KNK jimmira li jrawwem kultura letterarja b’saħħitha. Il-konkors ikun aġġudikat minn grupp ta’ aġġudikanti li jinħatar kull sena mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb. Il-ġurija tevalwa kull poeżija, b’mod anonimu, skont damma ta’ kriterji li jħarsu lejn l-awtentiċità, l-immaġinazzjoni, id-distintività fil-vuċi, u l-użu oriġinali tar-ritmu u l-figuri tat-taħdit. Ikunu ppremjati l-ewwel tliet postijiet; l-awturi tal-poeżija rebbieħa jirċievu premju ta’ €1,000, u l-awturi taż-żewġ poeżiji ta’ warajha jirċievu premju ta’ €500 u €200 rispettivament. Ir-rebbieħa tal-konkors jitħabbru f’ċerimonja mtellgħa waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2024 li dis-sena se jsir bejn is-6 u l-10 ta’ Novembru. Il-parteċipanti huma mitluba jissottomettu poeżija oriġinali waħda biss li ma ġietx ippubblikata qabel xi mkien ieħor. Il-poeżija trid tkun bil-Malti u ma taqbiżx is-36 vers. Kull applikant mitlub jaqra bir-reqqa r-regolamenti tal-Konkors li jinsabu ppubblikati fuq is-sit tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb. Minn din l-edizzjoni, is-sottomissjonijiet tal-poeżiji, iffirmati biss bi psewdonimu, għandhom issiru esklussivament permezz tal-formola tal-applikazzjoni onlajn sad-data tal-għeluq tal-Konkors nhar it-Tnejn it-22 ta’ Lulju 2024 f’nofsinhar. SHARE POST Related Articles Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb waqt il-London Book Fair 2026 Other 19th February, 2026 Read More Irreġistra mil-lum għall-Konferenza Annwali dwar il-Ktieb Other 17th February, 2026 Read More Kif tapplika għal Residenzi tal-Kitba u Workshops barra minn Malta: Sessjoni Zoom b’xejn minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit Other 12th February, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb isellem il-memorja ta’ Lina Brockdorff Other 11th February, 2026 Read More Jiftħu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Other 3rd February, 2026 Read More Kif tikkonnettja ma’ Djar Żgħar ta’ Pubblikazzjoni : Sessjoni b’xejn fuq Zoom għal Awturi u pubblikaturi Maltin minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit News 27th January, 2026 Read More Festival, Fondi u Żviluppi Strateġiċi għall-2026: Dati Ewlenin Festivals 26th January, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb b’donazzjoni ta’ kotba lil Malta Libraries Inizjattivi 16th January, 2026 Read More EJJA SAL-LONDON BOOK FAIR 2026 MAL-KNK: BILJETTI GĦALL-IMSIEĦBA TAL-KNK MINN MALTA Literary Exports 12th January, 2026 Read More Ħareġ l-44 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 9th January, 2026 Read More view all similar news
Kif tapplika għal Residenzi tal-Kitba u Workshops barra minn Malta: Sessjoni Zoom b’xejn minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit Other 12th February, 2026 Read More
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb isellem il-memorja ta’ Lina Brockdorff Other 11th February, 2026 Read More
Kif tikkonnettja ma’ Djar Żgħar ta’ Pubblikazzjoni : Sessjoni b’xejn fuq Zoom għal Awturi u pubblikaturi Maltin minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit News 27th January, 2026 Read More
Festival, Fondi u Żviluppi Strateġiċi għall-2026: Dati Ewlenin Festivals 26th January, 2026 Read More
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb b’donazzjoni ta’ kotba lil Malta Libraries Inizjattivi 16th January, 2026 Read More
EJJA SAL-LONDON BOOK FAIR 2026 MAL-KNK: BILJETTI GĦALL-IMSIEĦBA TAL-KNK MINN MALTA Literary Exports 12th January, 2026 Read More