Home / News / Sejħa għal Reċensuri tal-Paġna Letterarja bil-Malti Back to News Sejħa għal Reċensuri tal-Paġna Letterarja bil-Malti Other 26th November, 2024 [vc_row][vc_column][vc_column_text css=””]Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (KNK) qed ifittex tliet (3) reċensuri li jiktbu bil-Malti għall-paġna letterarja tiegħu. Din il-paġna tiġi stampata fuq il-gazzetta ILLUM kull nhar ta’ Ħadd u ppubblikata online fuq is-sit tal-gazzetta ftit jiem wara. Bis-saħħa ta’ dil-paġna letterarja, il-KNK jimmira li jrawwem kultura letterarja b’saħħitha permezz ta’ analiżi kritika u argumenti ta’ sustanza. L-għan tal-paġna hu li tixgħel dawl fuq il-qagħda tal-letteratura Maltija fil-ġeneri diversi tagħha, dejjem b’suba’ fuq il-polz ta’ x’qed jiġi ppubblikat u diskuss fix-xena letterarja kurrenti. Barra minn hekk, bil-paġna letterarja tiegħu l-KNK ta’ kull ġimgħa jistieden lill-pubbliku jaqra dwar il-letteratura u l-kittieba tiegħu, b’lingwaġġ aċċessibbli li madankollu mhuwiex sempliċi jew tal-wiċċ. X’Nistennew mir-Reċensur ️ Artiklu bil-Malti ta’ 800 kelma darba kull tliet ġimgħat, li għandu jiġi sottomess fil-ħin. ️ Artikli dwar: i) ktieb letterarju jew ta’ ġeneru ieħor li jġorr ISBN Malti; jew, ii) diskussjoni tematika jew aħbarijiet mid-dinja tal-kotba f’rabta mal-kuntest Malti. ️ Argumenti b’saħħithom mibnija fuq analiżi letterarja ta’ qari mill-qrib tat-test, li jistgħu jinkludu wkoll kummentarju usa’ dwar il-kultura letterarja Maltija. ️ Kitba mirquma u vuċi distintiva li ma toqgħodx lura mill-kritika kostruttiva, li fl-istess ħin tasal u tinftiehem mill-qarrejja tal-gazzetta u l-mezzi soċjali. Tista’ taqra l-linji gwida tar-reċensuri fl-intier tagħhom hawnhekk. X’Qed Noffru lir-Reċensur Ħlas ta’ €150 (VAT eskluża) għal kull reċensjoni. Kuntratt ta’ sena li jibda minn Frar 2025. Somma ta’ flus għax-xiri tal-kotba (€50 għal kull tliet reċensjonijiet). Kif Tapplika Jekk jogħġbok ressaq l-applikazzjoni tiegħek billi timla din il-formola online, u fiha inkludi: ✍️ Bijonota ta’ bejn 20-30 kelma. ✍️ Is-CV tiegħek. ✍️ Ittra qasira ta’ motivazzjoni. ✍️ Reċensjoni/jiet li ġew ippubblikati, jew kampjun/i ta’ 800 kelma (minimu ta’ waħda, massimu ta’ tlieta). Għeluq tas-Sottomissjonijiet Dis-sejħa tagħlaq nhar it-Tnejn, is-16 ta’ Diċembru 2024. Il-Proċess tal-Għażla Is-sottomissjonijiet se jiġu evalwati skont damma ta’ kriteriji, li jinkludu: Is-sengħa tal-kitba. Id-distintività fil-vuċi. Is-sustanza tal-kritika letterarja.[/vc_column_text][vc_btn title=”APPLIKA HAWN” color=”turquoise” align=”center” css=”” link=”url:https%3A%2F%2Fdocs.google.com%2Fforms%2Fd%2Fe%2F1FAIpQLScDIW2gs2nEAAvGxttUibrgZNoi5urlhd_GSodAJpRjKCFAzQ%2Fviewform”][vc_column_text css=””]Jekk tixtieq tieħu idea tat-tip ta’ kitba li qed infitxxu, aqra dawn ir-reċensjonijiet miktuba minn Daniel Cossai u Mark Vella. Tista’ ssib aktar eżempji ta’ kontribuzzjonijiet li ġew ippubblikati fis-sezzjoni tal-Arti fuq l-ILLUM billi tfittex l-artikli mmarkati ‘Kotba’. Għal aktar informazzjoni, ibgħat email lil Jasmine Bajada fuq jasmine-alexa.bajada@gov.mt.[/vc_column_text][/vc_column][/vc_row] SHARE POST Related Articles Il-KNK jippubblika r-Rapport Annwali għall-2025 News 17th April, 2026 Read More Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More Avviż lill-Esebituri u l-Organizzaturi tal-Avvenimenti – Applikaw Issa Biex Tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Other 14th April, 2026 Read More Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More Ħareġ il-45 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 9th April, 2026 Read More Sejħa għall-Addattamenti Teatrali ta’ Kotba Maltin waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb News 8th April, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jilqa’ Maniġer ġdida News 7th April, 2026 Read More Titnieda l-Iskema tas-Sussidju għall-Kotba Stampati News 1st April, 2026 Read More Ippubblikata l-lista tas-sottomissjonijiet eliġibbli għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Other 30th March, 2026 Read More Il-Programm Sħiħ tal-Konferenza Annwali dwar il-Ktieb: Kelliema varji jistħarrġu r-realtajiet ekonomiċi fl-industrija tal-pubblikazzjoni Inizjattivi 20th March, 2026 Read More view all similar news
Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More
Avviż lill-Esebituri u l-Organizzaturi tal-Avvenimenti – Applikaw Issa Biex Tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Other 14th April, 2026 Read More
Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More
Sejħa għall-Addattamenti Teatrali ta’ Kotba Maltin waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb News 8th April, 2026 Read More
Ippubblikata l-lista tas-sottomissjonijiet eliġibbli għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Other 30th March, 2026 Read More
Il-Programm Sħiħ tal-Konferenza Annwali dwar il-Ktieb: Kelliema varji jistħarrġu r-realtajiet ekonomiċi fl-industrija tal-pubblikazzjoni Inizjattivi 20th March, 2026 Read More