Home / News / Sejħa għal Reċensuri tal-Paġna Letterarja bil-Malti back to news Sejħa għal Reċensuri tal-Paġna Letterarja bil-Malti Other 26th November, 2024 Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (KNK) qed ifittex tliet (3) reċensuri li jiktbu bil-Malti għall-paġna letterarja tiegħu. Din il-paġna tiġi stampata fuq il-gazzetta ILLUM kull nhar ta’ Ħadd u ppubblikata online fuq is-sit tal-gazzetta ftit jiem wara. Bis-saħħa ta’ dil-paġna letterarja, il-KNK jimmira li jrawwem kultura letterarja b’saħħitha permezz ta’ analiżi kritika u argumenti ta’ sustanza. L-għan tal-paġna hu li tixgħel dawl fuq il-qagħda tal-letteratura Maltija fil-ġeneri diversi tagħha, dejjem b’suba’ fuq il-polz ta’ x’qed jiġi ppubblikat u diskuss fix-xena letterarja kurrenti. Barra minn hekk, bil-paġna letterarja tiegħu l-KNK ta’ kull ġimgħa jistieden lill-pubbliku jaqra dwar il-letteratura u l-kittieba tiegħu, b’lingwaġġ aċċessibbli li madankollu mhuwiex sempliċi jew tal-wiċċ. X’Nistennew mir-Reċensur ️ Artiklu bil-Malti ta’ 800 kelma darba kull tliet ġimgħat, li għandu jiġi sottomess fil-ħin. ️ Artikli dwar: i) ktieb letterarju jew ta’ ġeneru ieħor li jġorr ISBN Malti; jew, ii) diskussjoni tematika jew aħbarijiet mid-dinja tal-kotba f’rabta mal-kuntest Malti. ️ Argumenti b’saħħithom mibnija fuq analiżi letterarja ta’ qari mill-qrib tat-test, li jistgħu jinkludu wkoll kummentarju usa’ dwar il-kultura letterarja Maltija. ️ Kitba mirquma u vuċi distintiva li ma toqgħodx lura mill-kritika kostruttiva, li fl-istess ħin tasal u tinftiehem mill-qarrejja tal-gazzetta u l-mezzi soċjali. Tista’ taqra l-linji gwida tar-reċensuri fl-intier tagħhom hawnhekk. X’Qed Noffru lir-Reċensur Ħlas ta’ €150 (VAT eskluża) għal kull reċensjoni. Kuntratt ta’ sena li jibda minn Frar 2025. Somma ta’ flus għax-xiri tal-kotba (€50 għal kull tliet reċensjonijiet). Kif Tapplika Jekk jogħġbok ressaq l-applikazzjoni tiegħek billi timla din il-formola online, u fiha inkludi: ✍️ Bijonota ta’ bejn 20-30 kelma. ✍️ Is-CV tiegħek. ✍️ Ittra qasira ta’ motivazzjoni. ✍️ Reċensjoni/jiet li ġew ippubblikati, jew kampjun/i ta’ 800 kelma (minimu ta’ waħda, massimu ta’ tlieta). Għeluq tas-Sottomissjonijiet Dis-sejħa tagħlaq nhar it-Tnejn, is-16 ta’ Diċembru 2024. Il-Proċess tal-Għażla Is-sottomissjonijiet se jiġu evalwati skont damma ta’ kriteriji, li jinkludu: Is-sengħa tal-kitba. Id-distintività fil-vuċi. Is-sustanza tal-kritika letterarja. APPLIKA HAWN Jekk tixtieq tieħu idea tat-tip ta’ kitba li qed infitxxu, aqra dawn ir-reċensjonijiet miktuba minn Daniel Cossai u Mark Vella. Tista’ ssib aktar eżempji ta’ kontribuzzjonijiet li ġew ippubblikati fis-sezzjoni tal-Arti fuq l-ILLUM billi tfittex l-artikli mmarkati ‘Kotba’. Għal aktar informazzjoni, ibgħat email lil Jasmine Bajada fuq jasmine-alexa.bajada@gov.mt. SHARE POST Related Articles Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb bi branding ġdid! News 5th March, 2025 Read More Sejħa għal Delegati: Malta magħżula bħala l-Pajjiż Fokus għall-Mediterranea Publishing Fellowship Other 28th February, 2025 Read More Il-KNK u l-Wikimedia Malta jħabbru l-Wikimedians in Residence għall-Proġett tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb Other 20th February, 2025 Read More Jiftħu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Other 17th February, 2025 Read More Il-KNK isaħħaħ il-preżenza tal-imsieħba fil-London Book Fair 2025 Esportazzjoni letterarja 11th February, 2025 Read More Ir-Rapport Annwali tal-KNK għall-2024 Other 4th February, 2025 Read More Festivals, Fondi u Inizjattivi għall-2025: Dati Ewlenin Esportazzjoni letterarja 29th January, 2025 Read More Ejja sal-London Book Fair 2025 mal-KNK: Biljetti għall-Imsieħba tal-KNK minn Malta Esportazzjoni letterarja 13th January, 2025 Read More Kirsten Spiteri jirbaħ il-Konkors ta’ Kitba għaż-Żgħażagħ 2024 Konkorsi għaż-żgħażagħ 13th January, 2025 Read More Ħareġ l-40 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 10th January, 2025 Read More view all similar news
Sejħa għal Delegati: Malta magħżula bħala l-Pajjiż Fokus għall-Mediterranea Publishing Fellowship Other 28th February, 2025 Read More
Il-KNK u l-Wikimedia Malta jħabbru l-Wikimedians in Residence għall-Proġett tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb Other 20th February, 2025 Read More
Jiftħu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Other 17th February, 2025 Read More
Il-KNK isaħħaħ il-preżenza tal-imsieħba fil-London Book Fair 2025 Esportazzjoni letterarja 11th February, 2025 Read More
Festivals, Fondi u Inizjattivi għall-2025: Dati Ewlenin Esportazzjoni letterarja 29th January, 2025 Read More
Ejja sal-London Book Fair 2025 mal-KNK: Biljetti għall-Imsieħba tal-KNK minn Malta Esportazzjoni letterarja 13th January, 2025 Read More
Kirsten Spiteri jirbaħ il-Konkors ta’ Kitba għaż-Żgħażagħ 2024 Konkorsi għaż-żgħażagħ 13th January, 2025 Read More