Home / News / Giovanni Bonello: Ir-Rebbieħ tal-Premju għall-Kontribut Siewi fil-Qasam tal-Kotba u l-Letteratura 2024 Back to News Giovanni Bonello: Ir-Rebbieħ tal-Premju għall-Kontribut Siewi fil-Qasam tal-Kotba u l-Letteratura 2024 Other • Premju Nazzjonali tal-Ktieb 29th November, 2024 Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (KNK) iffaċilita intervista ma’ Giovanni Bonello – avukat tad-drittijiet tal-bniedem, storiku u eksimħallef fi ħdan il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem – wara li ngħata l-Premju għall-Kontribut Siewi fil-Qasam tal-Kotba u l-Letteratura waqt l-edizzjoni ta’ dis-sena tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb. Il-ġurnalista Andrea Caruana kiteb artiklu dwar ħajtu u xogħlu, li ġie mitbugħ fuq The Malta Independent tal-Ħadd. Giovanni Bonello kien innominat unanimament mill-bord tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb u l-bord tal-aġġudikazzjoni tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2024 biex jingħata dan il-ġieħ. Il-premju jweġġaħ lil Bonello għall-kontribuzzjonijiet numerużi tiegħu għal-letteratura Maltija – b’total ta’ 35 ktieb – li jkopru firxa ta’ suġġetti, mill-arti u l-istorja sal-liġi kostituzzjonali. Ħames pubblikazzjonijiet minn dawn rebbħuh il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb matul is-snin. Il-pubblikazzjonijiet tiegħu jinkludu s-serje magħrufa u voluminuża Histories of Malta, li aċċertat ir-reputazzjoni tiegħu bħala awtur tal-‘mikro-Storja’. Dan għaliex Bonello jħares lejn epoki storiċi importanti minn isfel għal fuq biex b’hekk ipinġi stampa ta’ Malta li taqbad l-esperjenza mgħixa tal-poplu mill-perspettiva tal-abitanti subalterni. Fil-ġabra ta’ esejs Misunderstanding the Constitution (2018), oriġinarjament ippubblikata minn Times of Malta, Bonello juża t-tnax-il sena t’esperjenza tiegħu bħala mħallef fil-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem (1998–2010) biex jikkritika r-rekord ta’ Malta fejn jidħlu d-drittijiet tal-bniedem. F’antoloġija aktar reċenti, Blaming it on Eve (2024), Bonello jindirizza n-nuqqas ta’ bilanċ fil-ġeneru fl-istorjografija billi jpoġġi l-esperjenzi ta’ protagonisti femminili sinjifikanti fiċ-ċentru tal-istorja mżewqa ta’ Malta. Bonello huwa Kavallier tal-Ordni Militari Sovrana ta’ Malta u Kumpann tal-Ordni Nazzjonali tal-Meritu. Il-Kunsilll Nazzjonali tal-Ktieb bi pjaċir kbir iweġġaħ lil Giovanni Bonello wara ħajja ta’ dedikazzjoni biex jagħni l-letteratura u l-kultura Maltija. Xogħlu ħalla marka indelibbli fuq il-kuntest storiku u letterarju Malti billi pprovda perspettivi mirquma fuq il-passat tan-nazzjon filwaqt li semma’ leħnu favur id-drittijiet tal-bniedem u l-ġustizzja. Hekk kif il-KNK iħares ’il quddiem lejn il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2025 mill-5 sad-9 ta’ Novembru, fejn bħal kull sena se jintwera dokumentarju fuq il-ħajja u l-legat tar-rebbieħ ta’ dan il-premju prestiġġjuż, nistiednu lill-qarrejja biex jiskopru l-biblijografija ta’ Bonello, li kulma tmur tkompli tispira u teduka lil ġenerazzjonijiet ta’ Maltin. Il-Premju għall-Kontribut Siewi fil-Qasam tal-Kotba u l-Letteratura jikkonferma li l-KNK kommess biex jibqa’ jiċċelebra figuri letterarji kbar Maltin filwaqt li jaċċerta li l-kontribuzzjonijiet tagħhom ikomplu jservu ta’ pedament sod għall-wirt kulturali tagħna. Tista’ taqra l-intervista fl-intier tagħha fuq The Malta Independent hawnhekk. SHARE POST Related Articles X’Jagħmel Novella Kbira? News 18th August, 2025 Read More IL-KNK IĦABBAR WORKSHOP TOUR DWAR IN-NOVELLA (AWW-OTT 2025) News 5th August, 2025 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb iniedi l-Istrateġija fuq Ħames Snin 2025-2030 News 5th August, 2025 Read More Sandra Hili Vassallo Tinħatar Direttur Eżekuttiv tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb News 22nd July, 2025 Read More Joħorġu r-riżultati tal-Fond Malti tal-Ktieb 2025 Fondi 15th July, 2025 Read More Ħareġ it-42 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 9th July, 2025 Read More L-editriċi rinomata mill-Istati Uniti Ann VanderMeer b’workshop waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb ‘25 Festivals 8th July, 2025 Read More Jeff VanderMeer huwa l-mistieden speċjali tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb ’25 Festivals 24th June, 2025 Read More Sejħa Miftuħa għal Proposti ta’ Installazzjoni: Ix-Xogħol Artistiku Ċentrali tal-Esebizzjoni From Illustration to Book waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Festivals 26th May, 2025 Read More Drittijietek! Sessjoni b’xejn fuq Zoom mill-Aġent Letterarju Simon Trewin lill-imsieħba tagħna News 26th May, 2025 Read More view all similar news
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb iniedi l-Istrateġija fuq Ħames Snin 2025-2030 News 5th August, 2025 Read More
Sandra Hili Vassallo Tinħatar Direttur Eżekuttiv tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb News 22nd July, 2025 Read More
L-editriċi rinomata mill-Istati Uniti Ann VanderMeer b’workshop waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb ‘25 Festivals 8th July, 2025 Read More
Jeff VanderMeer huwa l-mistieden speċjali tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb ’25 Festivals 24th June, 2025 Read More
Sejħa Miftuħa għal Proposti ta’ Installazzjoni: Ix-Xogħol Artistiku Ċentrali tal-Esebizzjoni From Illustration to Book waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Festivals 26th May, 2025 Read More
Drittijietek! Sessjoni b’xejn fuq Zoom mill-Aġent Letterarju Simon Trewin lill-imsieħba tagħna News 26th May, 2025 Read More