Home / News / Esebituri — applikaw issa sabiex tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb tal-2025! Back to News Esebituri — applikaw issa sabiex tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb tal-2025! Festivals • News • Other 15th April, 2025 L-applikazzjonijiet, għal dawk l-esebituri li jixtiequ jieħdu sehem fl-edizzjoni tal-2025 tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb, huma miftuħa. Il-Festival ħa jkun qed jinżamm mill-Erbgħa 5 sal-Ħadd 9 ta’ Novembru ġewwa l-Malta Fairs and Conventions Centre (MFCC) f’Ta’ Qali. L-applikazzjonijiet jagħlqu nhar il-Ġimgħa 2 ta’ Mejju 2025. Minn din is-sena wieħed irid japplika permezz tal-pjattaforma ta’ Submittable – iktar dettalji fis-sezzjoni apposta hawn taħt.Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb ikompli jibni fuq il-legat b’saħħtu tal-verżjoni preċedenti tiegħu, il-Fiera Maltija tal-Kotba, u sa mill-2013 sar parti integrali mill-kalendarju kulturali annwali tal-gżejjer Maltin u jibqa’ l-ikbar avveniment tal-massa fejn jidħlu l-kotba f’Malta u Għawdex. Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb, organizzat mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (KNK), jilqa’ eluf ta’ viżitaturi ta’ kull età u ġejjin minn kull sfera tal-ħajja, li jgawdu min-numru dejjem jikber ta’ esebituri u attivitajiet. Mistiedna internazzjonali ta’ fama jkomplu jgħollu l-valur tal-Festival bħala ċelebrazzjoni prestiġġjuża tal-kelma miktuba. Applikazzjoni għall-Esebituri — Informazzjoni Importanti Il-formola ta’ applikazzjoni għal esebituri b’regoli u dispożizzjonijiet aġġornati, hija miftuħa għal pubblikaturi lokali u internazzjonali kollha, distributuri u ħwienet tal-kotba kif ukoll aġenziji li jaħdmu fil-qasam tal-ktieb. NGOs u entitajiet pubbliċi, li l-qasam tagħhom jinvolvi l-pubblikazzjoni tal-kotba jew il-promozzjoni tal-letteratura, kif ukoll awturi awtoppubblikati, huma wkoll eliġibbli sabiex japplikaw. L-istands kollha se jkunu ssussidjati mill-KNK u mnaqqsa b’75% bl-għan li ngħinu lill-esebituri prospettivi. Bħal f’edizzjonijiet tal-imgħoddi, esebituri jistgħu jitolbu rifużjoni sħiħa fuq il-miżata tal-applikazzjoni jekk jirreġistraw għall-Iskema ta’ Rifużjoni għall-Esebituri jekk jippromwovu l-Festival Nazzjonali tal-Ktieb, l-avvenimenti tagħhom, kotba u/jew il-parteċipazzjoni tagħhom fil-Festival lil udjenza aktar wiesa’ permezz ta’ reklamar u promozzjoni fil-mezzi tax-xandir u l-midja soċjali. • Applika permezz ta’ Submittable Minn din is-sena, il-KNK ħa jkun qed juża’ l-pjattaforma ta’ Submittable għall-applikazzjonijiet kollha tiegħu, dan sabiex jiżgura proċess aħjar u aktar sempliċi għal dawk kollha involuti. Dawk kollha interessati huma mħeġġa japplikaw permezz ta’ din il-ħolqa: ktieb.submittable.com/submit. Esebituri prospettivi huma ġentilment imfakkra illi min japplika kmieni jingħata preferenza fil-programm ta’ avvenimenti għaldaqstant huma mħeġġa jaqraw sew it-termini u l-kundizzjonijiet qabel japplikaw. L-applikanti kollha huma mħeġġa jaqraw sew it-termini fuq il-pjattaforma ta’ Submittable. Ħlas Ħlasijiet tal-miżata għal stands jridu jsiru lill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb sad-9 ta’ Mejju 2025. Eżenzjoni sħiħa tal-miżata tapplika għal dawk l-NGOs li jaħdmu fl-industrija tal-kotba kif ukoll Sponsors. Ħlasijiet jistgħu jsiru biss permezz ta’ transfer bankarju. • Ħinijiet tal-ftuħ aġġornati Esebituri prospettivi għandhom jieħdu nota tal-ħinijiet tal-ftuħ tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2025 kif ġej: L-Erbgħa 5/11 09:00-13:00; 17:00-21:00 Il-Ħamis 6/11 09:00-13:00; 17:00-21:00 Il-Ġimgħa 7/11 09:00-13:00; 17:00-21:00 Is-Sibt 8/11 10:00-21:00 Il-Ħadd 9/11 10:00-20:00 • Nota fuq l-użu tal-AI Il-KNK jgħodd lill-illustraturi u l-artisti tal-kotba fost l-imsieħba importanti ħafna tas-settur. Għal dan l-għan, aħna niskoraġixxu bil-qawwa l-użu ta’ kwalunkwe immaġini ġġenerata bl-AI mill-esebituri prospettivi kollha – sew jekk hu xogħol artistiku fuq l-istand jew kwalunkwe materjal ieħor esebit jew imqassam waqt il-Festival. L-applikazzjoni għal esebituri trid timtela’ u tintbagħat permezz ta’ Submittable sa mhux aktar tard mit-2 ta’ Mejju 2025. SHARE POST Related Articles Ħareġ il-41 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Jeddijiet Tas-Self Pubbliku 9th April, 2025 Read More Nippubblikaw il-lista t-twila tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb u l-Premju Terramaxka 2025 Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2nd April, 2025 Read More Il-Fond Malti tal-Ktieb jimxi totalment online u jiżdied fl-allokazzjoni għall-2025 Fondi 17th March, 2025 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb bi branding ġdid! News 5th March, 2025 Read More Sejħa għal Delegati: Malta magħżula bħala l-Pajjiż Fokus għall-Mediterranea Publishing Fellowship Other 28th February, 2025 Read More Il-KNK u l-Wikimedia Malta jħabbru l-Wikimedians in Residence għall-Proġett tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb Other 20th February, 2025 Read More Jiftħu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Other 17th February, 2025 Read More Il-KNK isaħħaħ il-preżenza tal-imsieħba fil-London Book Fair 2025 Esportazzjoni letterarja 11th February, 2025 Read More Ir-Rapport Annwali tal-KNK għall-2024 Other 4th February, 2025 Read More Festivals, Fondi u Inizjattivi għall-2025: Dati Ewlenin Esportazzjoni letterarja 29th January, 2025 Read More view all similar news
Ħareġ il-41 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Jeddijiet Tas-Self Pubbliku 9th April, 2025 Read More
Nippubblikaw il-lista t-twila tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb u l-Premju Terramaxka 2025 Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2nd April, 2025 Read More
Il-Fond Malti tal-Ktieb jimxi totalment online u jiżdied fl-allokazzjoni għall-2025 Fondi 17th March, 2025 Read More
Sejħa għal Delegati: Malta magħżula bħala l-Pajjiż Fokus għall-Mediterranea Publishing Fellowship Other 28th February, 2025 Read More
Il-KNK u l-Wikimedia Malta jħabbru l-Wikimedians in Residence għall-Proġett tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb Other 20th February, 2025 Read More
Jiftħu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Other 17th February, 2025 Read More
Il-KNK isaħħaħ il-preżenza tal-imsieħba fil-London Book Fair 2025 Esportazzjoni letterarja 11th February, 2025 Read More
Festivals, Fondi u Inizjattivi għall-2025: Dati Ewlenin Esportazzjoni letterarja 29th January, 2025 Read More