Home / News / Irridu nisimgħuk: Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Jippubblika l-Istrateġija 2025-2030 għall-Konsultazzjoni Back to News Irridu nisimgħuk: Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Jippubblika l-Istrateġija 2025-2030 għall-Konsultazzjoni News • Other 28th April, 2025 Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (KNK) iħabbar bi pjaċir li għadu kif ippubblika għall-konsultazzjoni l-Viżjoni Strateġika tiegħu għall-ħames snin li ġejjin (2025-2030). L-Istrateġija se tkun qed tilqa’ s-suġġerimenti tagħkom bejn it-28 t’April u d-19 ta’ Mejju, u dan se jservina biex nirfinaw id-dokument u nippjanaw futur aħjar għall-industrija tal-kotba bis-saħħa tagħkom. Tista’ taċċessa d-dokument minn hawnhekk. Id-dokument għall-konsultazzjoni sar bl-Ingliż. Wara l-perjodu ta’ konsultazzjoni l-Istrateġija tkun disponibbli b’mod bilingwi. L-istrateġija li qed nipproponu saret f’kollaborazzjoni mal-aġenzija ta’ konsulenza KPMG, li hi kumpanija rinomata internazzjonalment. Id-dokument mibni fuq ħames pilastri ewlenin li xogħolhom huwa li jsaħħu l-ekosistema letterarja nazzjonali, jippromwovu l-lingwa u l-kultura Maltija, jiffaċilitaw l-aċċess għas-servizzi tal-KNK, iqawwu l-governanza u t-trasparenza, u jżidu l-viżibbiltà internazzjonali tal-industrija. Id-dokument ippreżentat illum huwa riżultat ta’ riċerka u konsultazzjoni fil-fond mal-imsieħba fl-industrija tal-kotba, u jħares lejn futur li fih l-industrija Maltija tkun sostenibbili, professjonali, u tilħaq lil hinn mill-konfini tal-pajjiż. “Sa mill-ewwel diskussjonijiet li saru dwar l-istrateġija, dejjem ħarisna lejn miri konkreti b’miżuri li nistgħu nattwaw, sabiex il-benefiċċji jinħassu mill-imsieħba tal-industrija tal-kotba f’Malta”, sostna l-Kap Eżekuttiv tal-KNK, Mark Camilleri. “Il-miri realistiċi u l-attenzjoni mitfugħa fuq it-triq ’il quddiem. Dan kollu bbażat fuq riċerka u laqgħat komprensivi”, żied jgħid il-Kap Eżekuttiv, filwaqt li ħeġġeġ lill-pubbliku ġenerali u lill-imsieħba sabiex jersqu ’l quddiem, jgħidu tagħhom, u jikkontribwixxu għall-proċess ta’ konsultazzjoni. “L-ekosistema letterarja Maltija hija, appuntu, dik – magħmula minn komunità ħajja li ma tgħixx maqtugħa minn komunitajiet oħra. Għalhekk, kruċjali li kulħadd jipparteċipa fil-konsultazzjoni ħalli tkun tirrifletti r-rikkezza ta’ din il-parti essenzjali tal-kultura Maltija”, qal Camilleri. L-Istrateġija fuq Ħames Snin (2025-2030) tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb – li tinkludi l-Viżjoni, il-Missjoni u l-Valuri wara ċ-Ċentru Malti tal-Ktieb – u d-dokument għall-konsultazzjoni ssibhom hawnhekk. Iż-żmien għall-konsultazzjoni jagħlaq fid-19 ta’ Mejju 2025. SHARE POST Related Articles Kif tikkonnettja ma’ Djar Żgħar ta’ Pubblikazzjoni : Sessjoni b’xejn fuq Zoom għal Awturi u pubblikaturi Maltin minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit News 27th January, 2026 Read More Festival, Fondi u Żviluppi Strateġiċi għall-2026: Dati Ewlenin Festivals 26th January, 2026 Read More Nitfgħu attenzjoni internazzjonali fuq is-settur Malti tal-ktieb waqt il-London Book Fair 2026 Literary Exports 22nd January, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb b’donazzjoni ta’ kotba lil Malta Libraries Inizjattivi 16th January, 2026 Read More EJJA SAL-LONDON BOOK FAIR 2026 MAL-KNK: BILJETTI GĦALL-IMSIEĦBA TAL-KNK MINN MALTA Literary Exports 12th January, 2026 Read More Ħareġ l-44 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 9th January, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb isellem il-memorja ta’ Alfred Palma News 20th December, 2025 Read More Sejħa għal Reċensuri tal-Paġna Letterarja bil-Malti għall-2026 Inizjattivi 19th December, 2025 Read More SEJĦA GĦAL TRADUTTURI – Inkiteb fid-database tal-KNK għat-tradutturi News 3rd December, 2025 Read More Il-KNK b’donazzjoni ta’ kotba għal-librerija tal-Komunità ta’ Santa Marija Other 3rd December, 2025 Read More view all similar news
Kif tikkonnettja ma’ Djar Żgħar ta’ Pubblikazzjoni : Sessjoni b’xejn fuq Zoom għal Awturi u pubblikaturi Maltin minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit News 27th January, 2026 Read More
Festival, Fondi u Żviluppi Strateġiċi għall-2026: Dati Ewlenin Festivals 26th January, 2026 Read More
Nitfgħu attenzjoni internazzjonali fuq is-settur Malti tal-ktieb waqt il-London Book Fair 2026 Literary Exports 22nd January, 2026 Read More
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb b’donazzjoni ta’ kotba lil Malta Libraries Inizjattivi 16th January, 2026 Read More
EJJA SAL-LONDON BOOK FAIR 2026 MAL-KNK: BILJETTI GĦALL-IMSIEĦBA TAL-KNK MINN MALTA Literary Exports 12th January, 2026 Read More
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb isellem il-memorja ta’ Alfred Palma News 20th December, 2025 Read More
Sejħa għal Reċensuri tal-Paġna Letterarja bil-Malti għall-2026 Inizjattivi 19th December, 2025 Read More
SEJĦA GĦAL TRADUTTURI – Inkiteb fid-database tal-KNK għat-tradutturi News 3rd December, 2025 Read More
Il-KNK b’donazzjoni ta’ kotba għal-librerija tal-Komunità ta’ Santa Marija Other 3rd December, 2025 Read More