Home / News / Jiftaħ il-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija Doreen Micallef 2025 Back to News Jiftaħ il-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija Doreen Micallef 2025 News • Konkors Nazzjonali tal-Poeżija • Konkorsi Letterarji • Other 12th May, 2025 Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (KNK) qed jistieden lil dawk il-poeti li jiktbu bil-Malti sabiex jissottomettu xogħolhom għall-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija Doreen Micallef sa mhux aktar tard mill-14 ta’ Lulju. Il-Konkors issa jinsab fis-7 edizzjoni tiegħu mindu tnieda fl-2019 mill-KNK, u l-għan tiegħu hu li joffri pjattaforma nazzjonali għall-poeżija u fl-istess ħin jiċċelebra t-talent kontemporanju f’dal-qasam. Il-KNK jappunta bord ta’ aġġudikazzjoni indipendenti, li jara l-poeżiji kollha b’mod anonimu u jivvalutahom skont damma ta’ kriterji. Dawn huma l-oriġinalità, l-eċċellenza fit-teknika, il-forma, il-lessiku, u l-livell ta’ effettività li bih il-poeżija tilħaq livell letterarju mixtieq. Jingħataqw tliet premji; għall-poeżija rebbieħa bi premju monetarju ta’ €1,000, u għat-tieni u t-tielet post bi premju ta’ €500 u €200 rispettivament. Ir-rebbieħa tal-Konkors jitħabbru waqt serata uffiċjali fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2025, li dis-sena se jsir bejn il-5 u d-9 ta’ Novembru l-MFCC, Ta’ Qali. L-applikanti mitluba jissottomettu poeżija waħda bil-Malti li qatt ma kienet ippubblikata u li ma taqbiżx is-36 linja. Kull min hu interessat imħeġġeġ jaqra l-linjigwida tal-Konkors, li tista’ ssibhom fis-sit il-ġdid tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb. Id-data għall-għeluq tas-sottomissjonijiet hi l-14 ta’ Lulju, u l-poeżiji jridu jintbagħtu online minn din l-applikazzjoni hawnhekk. SHARE POST Related Articles Jitħabbru l-finalisti tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 News 26th August, 2025 Read More X’Jagħmel Novella Kbira? News 18th August, 2025 Read More IL-KNK IĦABBAR WORKSHOP TOUR DWAR IN-NOVELLA (AWW-OTT 2025) News 5th August, 2025 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb iniedi l-Istrateġija fuq Ħames Snin 2025-2030 News 5th August, 2025 Read More Sandra Hili Vassallo Tinħatar Direttur Eżekuttiv tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb News 22nd July, 2025 Read More Joħorġu r-riżultati tal-Fond Malti tal-Ktieb 2025 Fondi 15th July, 2025 Read More Ħareġ it-42 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 9th July, 2025 Read More L-editriċi rinomata mill-Istati Uniti Ann VanderMeer b’workshop waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb ‘25 Festivals 8th July, 2025 Read More Jeff VanderMeer huwa l-mistieden speċjali tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb ’25 Festivals 24th June, 2025 Read More Inniedu l-Powster tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb ’25! Festivals 16th June, 2025 Read More view all similar news
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb iniedi l-Istrateġija fuq Ħames Snin 2025-2030 News 5th August, 2025 Read More
Sandra Hili Vassallo Tinħatar Direttur Eżekuttiv tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb News 22nd July, 2025 Read More
L-editriċi rinomata mill-Istati Uniti Ann VanderMeer b’workshop waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb ‘25 Festivals 8th July, 2025 Read More
Jeff VanderMeer huwa l-mistieden speċjali tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb ’25 Festivals 24th June, 2025 Read More