Home / News / Fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2025 se Niktbu mill-Ġdid! Back to News Fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2025 se Niktbu mill-Ġdid! Other 14th May, 2025 Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb bi pjaċir qed jiżvela l-logo u t-tema li se jiggwidawna fl-organizzazzjoni ta’ edizzjoni oħra tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb, li dis-sena se ssir bejn il-5 u d-9 ta’ Novembru fl-MFCC, Ta’ Qali. Xprunati u ispirati mir-rebranding li għadna kif għamilna ftit tal-ġimgħat ilu, il-KNK ħa direzzjoni kuraġġuża għall-edizzjoni 2025 tal-akbar avveniment letterarju f’Malta. Dis-sena t-tema ewlenija tal-Festival hi l-bidla trasformattiva… dan jidher fid-disinn tal-logo u anki tat-tema: nikteb mill-ġdid. It-tema ntgħażlet għax, litteralment, kull traġitt letterarju jinvolvi proċess matamorfiku, kemm jekk il-ħajja tinbidel fi kliem u kemm jekk xogħol letterarju jieħu l-ħajja f’xi forma artistika oħra. Kull ktieb jesprimi b’xi mod jew ieħor bidla fil-qagħda jew fil-ħsieb – sija jekk iżommok miegħu minħabba l-pass mgħaġġel ta’ narrattiva tensa, sija jekk jitħarrek bil-qies fid-deskrizzjoni ta’ mument mill-istorja (mument intimu jew pubbliku), sija jekk jieħdok fi vjaġġ f’ġeneri differenti li jqanqlu fik espressjonijiet differenti – dal-vjaġġ jgħaddik minn paġna għal oħra sakemm tasal fl-aħħar waħda. Huwa prorpju das-sens ta’ tiġdid dinamiku li janima l-identità tal-Festival ta’ dis-sena. “Avveniment bħall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb għandu l-privileġġ li jkun appuntament ewlieni fil-kalendarju kulturali tal-pajjiż, iżda jgħabbina wkoll br-responsabbiltà li nassiguraw li kull edizzjoni tinħass ġdida u friska”, ikkummenta l-Kap Eżekuttiv tal-KNK, Mark Camilleri. “Irridu nibqgħu nippjanaw b’mod imġedded – kemm mil-lat ta’ kontenut u anki fil-preżentazzjoni – u dan hu l-messaġġ b’saħħtu li rridu nwasslu bit-tema ‘nikteb mill-ġdid’ li se sserrep fl-identità viżiva ta’ dis-sena”, qal Camilleri. Dis-sena l-KNK qed jaħdem ma’ Angele Azzopardi minn UNGL Studio, li se tipprovdilna disinn li jolqot u li se jiddistingwi ruħu minn dawk ta’ edizzjonijiet oħra. Il-versatitilità tal-logo se tgħinna nużawh b’modi differenti tul firxa ta’ inizjattivi tal-marketing tal-Festival, filwaqt li l-palette ta’ tmien kuluri distinti se tkun qed tagħti l-ħajja lil din l-identità. Barra minn hekk, il-vija artistika li ħadna tgħinna nkunu flessibbli u dinamiċi bit-tisħibiet viżivi ppjanati li jaqblu mad-disinn modulari għal dis-sena. “Ix-xogħol ta’ Azzopardi laqat eżatt il-likk bil-karattru minimalista u flessibbli tiegħu, u allura nista’ ngħid li għandna ħafna biex naħdmu”, irrimarka Camilleri. “Aħna u nibnu l-programm tal-attivitajiet ħerqanin naraw kif se jiġi jidher b’dawn il-kuluri u l-karattru”, temm jgħid.Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb organizzat mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb, u dis-sena se jsir bejn il-5 u d-9 ta’ Novembru l-MFCC, Ta’ Qali. Żomm ruħek aġġornat billi żżur ktieb.org.mt jew tfittex nbc_malta fuw Instagram jew The Malta Book Festival fuq Facebook. SHARE POST Related Articles Jiftaħ il-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija Doreen Micallef 2025 News 12th May, 2025 Read More Irridu nisimgħuk: Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Jippubblika l-Istrateġija 2025-2030 għall-Konsultazzjoni News 28th April, 2025 Read More Esebituri — applikaw issa sabiex tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb tal-2025! Festivals 15th April, 2025 Read More Ħareġ il-41 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Jeddijiet Tas-Self Pubbliku 9th April, 2025 Read More Nippubblikaw il-lista t-twila tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb u l-Premju Terramaxka 2025 Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2nd April, 2025 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb bi branding ġdid! News 5th March, 2025 Read More Sejħa għal Delegati: Malta magħżula bħala l-Pajjiż Fokus għall-Mediterranea Publishing Fellowship Other 28th February, 2025 Read More Il-KNK u l-Wikimedia Malta jħabbru l-Wikimedians in Residence għall-Proġett tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb Other 20th February, 2025 Read More Jiftħu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Other 17th February, 2025 Read More Il-KNK isaħħaħ il-preżenza tal-imsieħba fil-London Book Fair 2025 Esportazzjoni letterarja 11th February, 2025 Read More view all similar news
Irridu nisimgħuk: Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Jippubblika l-Istrateġija 2025-2030 għall-Konsultazzjoni News 28th April, 2025 Read More
Esebituri — applikaw issa sabiex tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb tal-2025! Festivals 15th April, 2025 Read More
Ħareġ il-41 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Jeddijiet Tas-Self Pubbliku 9th April, 2025 Read More
Nippubblikaw il-lista t-twila tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb u l-Premju Terramaxka 2025 Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2nd April, 2025 Read More
Sejħa għal Delegati: Malta magħżula bħala l-Pajjiż Fokus għall-Mediterranea Publishing Fellowship Other 28th February, 2025 Read More
Il-KNK u l-Wikimedia Malta jħabbru l-Wikimedians in Residence għall-Proġett tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb Other 20th February, 2025 Read More
Jiftħu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Other 17th February, 2025 Read More
Il-KNK isaħħaħ il-preżenza tal-imsieħba fil-London Book Fair 2025 Esportazzjoni letterarja 11th February, 2025 Read More