Home / News / Jeff VanderMeer huwa l-mistieden speċjali tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb ’25 Back to News Jeff VanderMeer huwa l-mistieden speċjali tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb ’25 Festivals • News • Other 24th June, 2025 Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb iħabbar bi pjaċir li l-mistieden speċjali għall-edizzjoni ta’ dis-sena tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb huwa l-awtur bestseller fin-New York Times, Jeff VanderMeer. Il-Festival se jinżamm bejn il-5 u d-9 ta’ Novembru fiċ-Ċentru għall-Fieri u l-Konvenzjonijiet (MFCC) Ta’ Qali. VanderMeer huwa kittieb tal-finzjoni u antoloġist stabbilit magħruf għax-xogħol ekklettiku tiegħu li mhuwiex imxekkel minn distinzjonijiet bejn il-letteratura ‘għolja’ u dik ‘popolari’. VanderMeer sar popolari bis-serje ta’ rumanzi Southern Reach – bl-ewwel ktieb tas-serje Annihilation addattat fl-2018 għal film minn Aex Garland (Ex Machina, Civil War) bl-attriċi Natalie Portman. Absolution huwa r-raba’ u l-aktar rumanz riċenti f’dis-serje, li ħareġ is-sena l-oħra. Fil-qalba ta’ dis-serje hemm il-konsegwenza tad-diżavventura ta’ espedizzjoni f’‘Area X’ – post jiżgħed bi preżenzi misterjużi u distorzjonijiet tal-abitat. VanderMeer hawnhekk jiddistingwi ruħu bil-preżentazzjoni ta’ atmosfera immersiva, minkejja l-istrambizzi tagħha, u t-tbandil bejn ġeneru u ieħor li jgħinuh iwassal lill-qarrej esperjenza kalejdoskopika li, finalment, hija t-tweġiba kreattiva ta’ kittieb għar-realtajiet pressanti tal-kriżi tal-klima. Però r-rumanzi f’Southern Reach huma biss parti mid-damma ta’ xogħlijiet notevoli mill-pinna ta’ VanderMeer, li n-natura metamorfika tagħhom taqbel sew mat-tema tal-edizzjoni tal-Festival ta’ dis-sena – nikteb mill-ġdid. “Kultant insibu ruħna naqraw l-istess ġeneru jew kittieba favoriti tagħna, u ninsew il-possibiltajiet bla limitu li toffrilna l-letteratura”, qal il-Kap Eżekuttiv tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Mark Camilleri. “VanderMeer huwa awtur li jimmotivak u jispirak sempliċiment bil-preżenza tiegħu, kemm bil-kotba tal-bidu tiegħu fuq stil tal-orrur u l-fantasija, Ambergris, u anki b’dawk l-aktar riċenti bħal Southern Reach u Borne. Ifakkrek li ktieb isorr fih multitudnitajiet riżultat tat-tiftixa kontinwa tal-awtur għal ixfqa ġodda”, li Camilleri jinnota li għandha tkun il-prerogattiva ta’ awtur. “Lanqas irridu ninsew l-antoloġiji ewlenin li ħadem fuqhom VanderMeer ma’ martu Ann”, żied Camilleri huwa u jirreferi għal kotba bħal The Weird, The Big Book of Science Fiction, The Big Book of Classic Fantasy, u The Big Book of Modern Fantasy. “Dawn il-kotba voluminużi mhux biss ikkaratterizzati mill-kwalità instrinsika ta’ kull xogħol magħżul, iżda anki mill-għan internazzjonali tagħhom, li allura jagħmlu lil VanderMeer il-kandidat ideali għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb – avveniment tal-kotba li jlaqqa’ kulturi letterarji differenti f’pajjiż li jilqa’ kulturi differenti”. VanderMeer huwa wkoll għalliem esperjenzat tal-kitba kreattiva, u dan jidher sew f’Wonderbook, l-uniku ktieb illustrat fid-dinja li huwa wkoll gwida għall-kitba. Waqt il-Festival, dal-ktieb se jservi bħala l-bażi għal masterclass li VanderMeer se jmexxi l-Ħamis 6 ta’ Novembru fis-7pm – ‘Il-Kitba tal-Finzjoni Immaġinattiva‘. Dal-masterclass jingħaqad ma’ oħrajn li issa saru tradizzjoni waqt il-Festival, li joffru opportunità għall-kittieba lokali sabiex isinnu t-talent tagħhom bid-direzzjoni ta’ professjonisti minn madwar id-dinja. Dan l-avveniment huwa b’xejn, iżda jeħtieġ tirreġistra għalih minn hawn. VanderMeer jerġa’ jipparteċipa fil-Festival b’intervista li se ssirlu minn Teodor Reljić is-Sibt 8 ta’ Novembru fit-8pm – skambju li se jesplora b’mod dinamiku l-faċċati varji u għonja tal-awtur. Għal darb’oħra, m’hemmx ħlas għal dan l-avveniment iżda meħtieġa r-reġistrazzjoni hawnhekk. Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb ħerqan biex jilqa’ ma jdumx lil Jeff VanderMeer f’Malta għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb. VanderMeer jiżdied mal-lista impressjonanti ta’ mistiedna tal-Festival mill-passat, fosthom Salman Rushdie, Irvine Welsh, John Boyne, Anthony Horowitz, Paul Lynch u Naomi Klein. Fil-ġimgħat li ġejjin inħabbru aktar mistiedna. Għal aktar dettalji żur https://ktieb.org.mt/mt/malta-book-festival/the-2025-malta-book-festival/ jew il-paġni Facebook u Instagram tal-KNK u Facebook tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb. Biex tiġi l-attivitajiet ta’ Jeff VanderMeer m’hemmx ħlas, iżda trid tirreġistra fuq bażi ta’ min japplika l-ewwel jinqeda l-ewwel. Jekk interessat, tista’ tirreġistra hawnhekk. SHARE POST Related Articles Inniedu l-Powster tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb ’25! Festivals 16th June, 2025 Read More Sejħa Miftuħa għal Proposti ta’ Installazzjoni: Ix-Xogħol Artistiku Ċentrali tal-Esebizzjoni From Illustration to Book waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Festivals 26th May, 2025 Read More Drittijietek! Sessjoni b’xejn fuq Zoom mill-Aġent Letterarju Simon Trewin lill-imsieħba tagħna News 26th May, 2025 Read More SEJĦA GĦALL-APPLIKAZZJONIJIET: POŻIZZJONI TA’ DIRETTUR (EŻEKUTTIV) MAL-KUNSILL NAZZJONALI TAL-KTIEB Other 16th May, 2025 Read More Fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2025 se Niktbu mill-Ġdid! News 14th May, 2025 Read More Jiftaħ il-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija Doreen Micallef 2025 News 12th May, 2025 Read More Sejħa Miftuħa għas-sottomissjonijiet ta’ illustrazzjonijiet għall-esebizzjoni From Illustration to Book fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Festivals 29th April, 2025 Read More Sejħa għal Novelli dwar il-Belt Valletta għas-sensiela Reading the City ta’ Comma Press News 28th April, 2025 Read More Irridu nisimgħuk: Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Jippubblika l-Istrateġija 2025-2030 għall-Konsultazzjoni News 28th April, 2025 Read More Esebituri — applikaw issa sabiex tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb tal-2025! Festivals 15th April, 2025 Read More view all similar news
Sejħa Miftuħa għal Proposti ta’ Installazzjoni: Ix-Xogħol Artistiku Ċentrali tal-Esebizzjoni From Illustration to Book waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Festivals 26th May, 2025 Read More
Drittijietek! Sessjoni b’xejn fuq Zoom mill-Aġent Letterarju Simon Trewin lill-imsieħba tagħna News 26th May, 2025 Read More
SEJĦA GĦALL-APPLIKAZZJONIJIET: POŻIZZJONI TA’ DIRETTUR (EŻEKUTTIV) MAL-KUNSILL NAZZJONALI TAL-KTIEB Other 16th May, 2025 Read More
Sejħa Miftuħa għas-sottomissjonijiet ta’ illustrazzjonijiet għall-esebizzjoni From Illustration to Book fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Festivals 29th April, 2025 Read More
Sejħa għal Novelli dwar il-Belt Valletta għas-sensiela Reading the City ta’ Comma Press News 28th April, 2025 Read More
Irridu nisimgħuk: Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Jippubblika l-Istrateġija 2025-2030 għall-Konsultazzjoni News 28th April, 2025 Read More
Esebituri — applikaw issa sabiex tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb tal-2025! Festivals 15th April, 2025 Read More