Home / News / Inniedu l-Powster tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb ’25! Back to News Inniedu l-Powster tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb ’25! Festivals • News 16th June, 2025 Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (KNK) bi pjaċir qed jaqsam magħkom il-powster tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb ta’ dis-sena, li se jsir fiċ-Ċentru għall-Fieri u l-Konvenzjonijiet (MFCC) Ta’ Qali bejn il-5 u d-9 ta’ Novembru. Il-powster iġorr it-tema nikteb mill-ġdid, li tissimbolizza l-qawwa tal-kotba u l-letteratura li jħeġġġu l-bidla u l-metamorfosi, għax, appuntu, huma ispirati minnhom. Il-Festival, issa fis-46 edizzjoni tiegħu, beħsiebu jlaħħam dan l-ispirtu ta’ tiġdid u relevanza mal-issa. Il-powster – xogħol Angele Azzopardi minn UNGL Studio bit-ritratti ta’ Jacob Sammut – jibni fuq dil-viżjoni. Id-deċiżjoni li nużaw elementi fotografiċi minflok illustrazzjonijiet timmarka bidla minn kif il-Festival ġie ppreżentat fil-passat, u dan jikkontribwixxi wkoll għall-identità distinta u friska li xtaqna. “Ladarba t-tema għal dis-sena hija l-qawwa ta’ trasformazzjoni relevanti xtaqna li l-powster – il-quċċata ta’ din l-identità viżiva – ikun jirriflettiha”, qal il-Kap Eżekuttiv tal-KNK Mark Camilleri. “Inħossuna ffurtunati li tul is-snin ħdimna ma’ wħud mill-aqwa illustraturi f’Malta, li tawna powsters eċċellenti u li diffiċli tinsiehom, b’kull wieħed jagħti karattru uniku li jaqbel mal-fatt li dan l-avveniment huwa l-akbar ċelebrazzjoni tal-ktieb li ssir f’Malta. Daqstant ieħor imma ninsabu kuntenti kemm bix-xogħol tal-fotografija kif ukoll bix-xogħol tad-disinjaturi grafiċi fil-ħidma ta’ powster li ġabar l-ispirtu kollu fi ftit spazju”, żied Camilleri. Ir-ritratti li jidhru fil-powster se jintużaw ukoll fil-filmat promozzjonali tal-Festival ’25, li fih it-tema nikteb mill-ġdid did-darba se tieħu l-ħajja b’narrattiva qsajra u ħelwa. Il-filmat promozzjonali jiġi ppubblikat kmieni f’Settembru, u jibqa’ jintuża fil-kampanji tal-marketing tal-KNK li l-għan tagħhom se jkun li l-Festival jidher kemm jista’ jkun u b’mod strateġiku fi mkejjen differenti f’Malta. Issa li ħriġna l-powster hemm barra, il-KNK fuq ix-xwiek biex iħabbar aktar informazzjoni dwar il-Festival fil-ġimgħat li ġejjin, ewlenija fosthom l-isem tal-ewwel mistieden speċjali fl-24 ta’ Ġunju. Ibqgħu segwuna fuq ktieb.org.mt uInstagram tal-KNK, kif ukoll fuqFacebook tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb. SHARE POST Related Articles Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More Sejħa għall-Addattamenti Teatrali ta’ Kotba Maltin waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb News 8th April, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jilqa’ Maniġer ġdida News 7th April, 2026 Read More Titnieda l-Iskema tas-Sussidju għall-Kotba Stampati News 1st April, 2026 Read More Kif tikkonnettja ma’ Djar Żgħar ta’ Pubblikazzjoni : Sessjoni b’xejn fuq Zoom għal Awturi u pubblikaturi Maltin minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit News 27th January, 2026 Read More Festival, Fondi u Żviluppi Strateġiċi għall-2026: Dati Ewlenin Festivals 26th January, 2026 Read More Nitfgħu attenzjoni internazzjonali fuq is-settur Malti tal-ktieb waqt il-London Book Fair 2026 Literary Exports 22nd January, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb isellem il-memorja ta’ Alfred Palma News 20th December, 2025 Read More SEJĦA GĦAL TRADUTTURI – Inkiteb fid-database tal-KNK għat-tradutturi News 3rd December, 2025 Read More view all similar news
Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More
Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More
Sejħa għall-Addattamenti Teatrali ta’ Kotba Maltin waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb News 8th April, 2026 Read More
Kif tikkonnettja ma’ Djar Żgħar ta’ Pubblikazzjoni : Sessjoni b’xejn fuq Zoom għal Awturi u pubblikaturi Maltin minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit News 27th January, 2026 Read More
Festival, Fondi u Żviluppi Strateġiċi għall-2026: Dati Ewlenin Festivals 26th January, 2026 Read More
Nitfgħu attenzjoni internazzjonali fuq is-settur Malti tal-ktieb waqt il-London Book Fair 2026 Literary Exports 22nd January, 2026 Read More
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb isellem il-memorja ta’ Alfred Palma News 20th December, 2025 Read More
SEJĦA GĦAL TRADUTTURI – Inkiteb fid-database tal-KNK għat-tradutturi News 3rd December, 2025 Read More