Home / News / Sandra Hili Vassallo Tinħatar Direttur Eżekuttiv tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Back to News Sandra Hili Vassallo Tinħatar Direttur Eżekuttiv tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb News • Other 22nd July, 2025 Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (KNK) iħabbar bi pjaċir il-ħatra ta’ Sandra Hili Vassallo bħala Direttur Eżekuttiv tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb, wara t-tluq ta’ Simona Cassano minn dil-pożizzjoni f’Mejju tal-2025. Hili Vassallo hija avukata, u għalhekk se ġġib l-esperjenza li kisbet fid-diplomazija u l-politika fis-settur kulturali. Qabel dan l-irwol, ħadmet bħala diplomatika fil-Missjoni Permanenti ta’ Malta għan-Nazzjonijiet Uniti fi New York, imbagħad bħala direttur fil-Ministeru għall-Familja, il-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal, u fil-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali. Ippubblikat diversi kotba tat-tfal u tan-novelli li bihom rebħet premji letterarji, u tagħti lekċers l-Università fuq il-ġustizzja soċjali u l-ambjent. “Kuntenti immens b’Sandra Hili Vassallo bħala d-Direttur Eżekuttiv ġdid tal-KNK”, qal il-Kap Eżekuttiv Mark Camilleri. “F’Sandra jiltaqgħu l-imħabba għall-kotba u l-letteratura u karriera twila ta’ esperjenza fit-tmexxija fis-settur pubbliku. L-isfond interdixxiplinarju tagħha, il-valuri b’saħħithom u d-dedikazzjoni lejn l-iżvilupp kulturali jagħmilha l-persuna ideali biex tiggwida lill-KNK fil-kapitlu li jmiss”. Camilleri rringrazzja wkoll lid-Direttur Eżekuttiv li għadha kif temmet l-irwol tagħha, Simona Cassano, wara tmien snin mal-KNK. “Simona mexxiet b’mod professjonali, b’viżjoni, u finalment bi mħabba lejn is-settur. Il-kontribuzzjonijiet tagħha – speċjalment dawk relatati ma’ kollaborazzjonijiet strateġiċi u l-kuntatt internazzjonali tal-KNK – se jibqgħu jidwu”. Sandra Hili Vassallo tibda l-kariga tagħha f’Lulju. Se tingħaqad mal-KNK f’mument importanti fil-preparazzjoni għat-tnedija tal-Viżjoni Strateġika fuq Ħames Snin bejn l-2025 u l-2030. SHARE POST Related Articles Niktbu mill-Ġdid b’Għodda Fjamanti f’Idejna! Workshops u Masterclasses Għalik waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb ’25 Malta Book Festival 2nd October, 2025 Read More Jitħabbru r-rebbieħa tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 waqt ċerimonja fil-Kastell Verdala Other 26th September, 2025 Read More Niktbu mill-Ġdid Flimkien: Inniedu l-Programm tal-Attivitajiet tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb! Festivals 23rd September, 2025 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Iniedi l-Filmat Promozzjonali tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb Festivals 16th September, 2025 Read More Ħalli impatt barra minn Malta! L-aġent letterarju Simon Trewin b’sessjoni Zoom dwar networking li jaħdem għalik News 12th September, 2025 Read More Il-letteratura għat-tfal tieħu ħajja dinamika waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb Festivals 10th September, 2025 Read More Ħatriet ġodda fil-Bord tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Other 10th September, 2025 Read More POŻIZZJONI TA’ MANAGER MAL-KUNSILL NAZZJONALI TAL-KTIEB: JOBSPLUS PERMIT NUMBER 881/2025 News 9th September, 2025 Read More Ir-rebbieħa tal-Premju Booker Samantha Harvey għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb Festivals 2nd September, 2025 Read More Jiftaħ għas-sottomissjonijiet bil-Malti u bl-Ingliż il-Premju Commonwealth għan-Novelli 2026 Other 1st September, 2025 Read More view all similar news
Niktbu mill-Ġdid b’Għodda Fjamanti f’Idejna! Workshops u Masterclasses Għalik waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb ’25 Malta Book Festival 2nd October, 2025 Read More
Jitħabbru r-rebbieħa tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 waqt ċerimonja fil-Kastell Verdala Other 26th September, 2025 Read More
Niktbu mill-Ġdid Flimkien: Inniedu l-Programm tal-Attivitajiet tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb! Festivals 23rd September, 2025 Read More
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Iniedi l-Filmat Promozzjonali tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb Festivals 16th September, 2025 Read More
Ħalli impatt barra minn Malta! L-aġent letterarju Simon Trewin b’sessjoni Zoom dwar networking li jaħdem għalik News 12th September, 2025 Read More
Il-letteratura għat-tfal tieħu ħajja dinamika waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb Festivals 10th September, 2025 Read More
POŻIZZJONI TA’ MANAGER MAL-KUNSILL NAZZJONALI TAL-KTIEB: JOBSPLUS PERMIT NUMBER 881/2025 News 9th September, 2025 Read More
Ir-rebbieħa tal-Premju Booker Samantha Harvey għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb Festivals 2nd September, 2025 Read More
Jiftaħ għas-sottomissjonijiet bil-Malti u bl-Ingliż il-Premju Commonwealth għan-Novelli 2026 Other 1st September, 2025 Read More