Skip to content

Jitħabbru l-finalisti tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025

Image of Jitħabbru l-finalisti tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (KNK) qed iħabbar bi pjaċir il-lista tal-finalisti għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb u l-Premju Terrramaxka 2025 għal kotba ppubblikati fl-2024. Il-Premju – li l-ewwel edizzjoni tiegħu kienet fl-1971 – huwa l-ogħla ġieħ letterarju mogħti lil awturi, edituri, tradutturi, pubblikaturi u illustraturi għal kotba ppubblikati f’Malta.

Ir-rebbieħa se jitħabbru waqt ċerimonja speċjali fis-26 ta’ Settembru. Kull rebbieħ se jingħata perjodu ta’ promozzjoni, kif ukoll ikun esebit waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb li se jsir bejn il-5 u d-9 ta’ Novembru l-MFCC.

It-23 finalist tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 ntgħażlu unanimament minn bord ta’ aġġudikazzjoni indipendenti skont damma ta’ kriterji stabbiliti. Hemm 14-il ktieb finalist f’sitt kategoriji tal-kotba għall-adulti, u 9 kotba finalisti fil-kategoriji tal-Premju Terramaxka għat-Tfal u ż-Żgħażagħ. Bejniethom hemm 10 pubblikaturi u kittieb awtoppubblikat, 28 awtur, tradutturi u illustraturi. Fil-kategoriji tat-tfal u ż-żgħażagħ hemm 9 illustraturi finalisti.

Il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb fih tmien kategoriji għall-adulti, li huma r-Rumanzi, in-Novelli, il-Poeżija, id-Drama, il-Letteratura mhux Fittizja, il-Proża Fittizja Tradotta, ir-Riċerka, u r-Riċerka Storjografika, u sitta fil-Premju Terramaxka, li huma Kotba tal-Istampi għat-Tfal (0-7 snin), Kotba għat-Tfal (8-12-il sena), Letteratura għaż-Żgħażagħ, u l-istes tliet kategoriji għat-traduzzjonijiet. Madankollu dis-sena ma kienx hemm sottomissjonijiet għall-kategorija tat-traduzzjonijiet għaż-żgħażagħ.

Il-proċess tal-aġġudikazzjoni dis-sena beda fit-2 ta’ April bil-pubblikazzjoni tal-lista t-twila. Sat-3 ta’ Marzu l-pubblikaturi u l-awturi ssottomettew total ta’ 149 ktieb eliġibbli biex jgħaddu għall-fażi tal-aġġudikazzjoni tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025.

Il-bord tal-aġġudikazzjoni qabel li ma jagħżilx finalisti fil-kategoriji tan-Novelli u tal-Letteratura mhux Fittizja, kif ukoll f’żewġ kategoriji tat-traduzzjonijiet għat-tfal, jiġifieri Kotba Tradotti għat-Tfal (0-7 snin) u Kotba Tradotti għat-Tfal (8-12-il sena).

​​Din l-għażla tiżgura li l-integrità tal-premju tinżamm billi jiġu mħarsa l-istandards meħtieġa u billi jintwera li l-ġurija applikat ir-rigorożità u l-għarfien kritiku meħtieġa meta għażlet il-finalisti.

Filwaqt li l-aġġudikanti esprimew fiduċja sħiħa fil-lista tal-finalisti, u ddeskrivew ix-xogħlijiet bħala innovattivi, friski u ferm attraenti li jagħnu l-korp letterarju Malti, esprimew ukoll xi tħassib li ta’ min wieħed jagħti kasu.

Sfida ewlenija hija n-nuqqas “endemiku” ta’ proċessi editorjali kif suppost, liema nuqqas jidher fil-kategoriji kollha. Fix-xogħlijiet tal-finzjoni, l-aġġudikanti innutaw li l-awturi ppruvaw jgħidu ħafna affarijiet f’daqqa, u allura ma kienx hemm koeżjoni jew identità li tista’ tiġi attribwita lix-xogħol inkwistjoni – sitwazzjoni stilistika li setgħet tiġi indirizzata minn qabel kieku kien hemm fażi ta’ editjar aktar rigoruża.

Bl-istess mod, l-aġġudikanti raw li l-kategoriji tar-riċerka – ir-Riċerka, ir-Riċerka Storjografika, u l-Letteratura mhux Fittizja – ukoll batew minn nuqqas ta’ attitudni editorjali. Qalu li ċerti kotba kienu biss ripubblikazzjoni ta’ xi teżi fl-intier tagħha, filwaqt li oħrajn ma kinux se jilħqu l-livell mitlub mill-Premju Nazzjonali tal-Ktieb għax ma kellhomx reviżjoni minn pari. Fil-kategoriji tat-Terramaxka, l-aġġudikanti kkummentaw li xi kotba kellhom suġġett ta’ min wieħed jaqrah, iżda dan ħa daqqa ’l isfel għax kien akkumpanjat minn illustrazzjonijiet ta’ livell baxx. Oħrajn kienu miżgħuda b’narrattivi qodma jew repetittivi.

Finalment, l-aġġudikanti ssuġġerew li tibda titfassal l-infrastruttura neċessarja fl-industrija tal-kotba li tkun tista’ twieżen il-proċess editorjali.

Il-kotba finalisti kollha tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb u l-Premju Terramaxka tista’ ssibhom fil-ħwienet tal-kotba lokali u anki online, u se jkunu disponibbli wkoll waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2025 (5-9 ta’ Novembru) fiċ-Ċentru għall-Fieri u l-Konvenzjonijiet (MFCC) Ta’ Qali.

Għal aktar informazzjoni dwar il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 u l-inizjattivi l-oħra tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb, żurna fuq www.ktieb.org.mt jew mill-paġna tal-Facebook.

Il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025: Kotba 2024

Rumanzi

Titlu tal-ktieb
Book title
Awtur
Author
Pubblikatur
Publisher
Filli Ma Tcun Xein, Filli Tithol fl'EsistenzaImmanuel MifsudKlabb Kotba Maltin
It-Togħma Morra taċ-ĊiċriNoah FabriMerlin Publishers

Novelli

Ma ntgħażlux finalisti

Poeżiji

Titlu tal-ktieb
Book title
Awtur
Author
Pubblikatur
Publisher
68 SecondsDonna DarmaninKotba Calleja
SOMNVMGlen CallejaIl-Fondazzjoni tal-Knisja tal-Ġiżwiti
VÁHImmanuel MifsudMidsea Books

Drammi

Titlu tal-ktieb
Book title
Awtur
Author
Pubblikatur
Publisher
It-Teatru tal-MiskinLuke SaydonSaydon Studio

Proża Fittizja Tradotta

Titlu tal-ktieb
Book title
Awtur
Author
Pubblikatur
Publisher
L-AvvenimentClaudine BorgFaraxa Publishing
Il-Kelb tat-TerrakottaAntoinette BorgMerlin Publishers

Letteratura Mhux Fittizja

Ma ntgħażlux finalisti

Riċerka

Titlu tal-ktieb
Book title
Awtur
Author
Pubblikatur
Publisher
“So We Can Do Our Best.” Care in Children’s Relationships with TeachersMary DarmaninMalta University Press
Antoine FavrayRoger De GaetanoAwtoppubblikat/Self-Published

Riċerka Storjografika

Titlu tal-ktieb
Book title
Awtur
Author
Pubblikatur
Publisher
Floriana & il-Furjaniżi: A Tri-Centenary CommemorationJoan Abela, Giulia Privitelli (edi/eds)Kite Group
Bread & Bakers in Eighteenth-Century MaltaNoel ButtigiegMidsea Books
Cleardo Naudi: The University’s First Professor of Chemistry and Materia Medica, A Delphian and Enigmatic AcademicRoger Ellul MicallefMalta University Press
Mediterranean Jews, Crypto-Jews and the Inquisition in Early Modern MaltaCarmel CassarMalta University Press

Kotba għat-Tfal (Etajiet 0–7)

Titlu tal-ktieb
Book title
Awtur
Author
Pubblikatur
Publisher
Jekk Taqbad id-DawlClare Azzopardi, Matt Stroud (ill.)Merlin Publishers
Gaby Ma Tridx Tirritorna d-DarMarisabelle Ebejer, Louiselle Sciberras (ill.)BDL Publishing
Glenda u l-Magna tal-GranitaClaudia Aloisio, Nathalie Micallef (ill.)Klabb Kotba Maltin

Kotba għat-Tfal (Etajiet 8-12)

Titlu tal-ktieb
Book title
Awtur
Author
Pubblikatur
Publisher
Kaħlani u l-Fatati Kull KulurClare Azzopardi, Leanne Ellul, Romont Willy (ill.)Merlin Publishers
Irvin Vella Investigatur Virwali: Il-każ tal-Bottegin tax-XortiJohn A. Bonello, Francesca Grech (ill.)Merlin Publishers
Ulied il-WiedBen Agius, Luca Azzopardi (ill.)Horizons

Letteratura għaż-Żgħażagħ

Titlu tal-ktieb
Book title
Awtur
Author
Pubblikatur
Publisher
Shadow WoodsRoberta BajadaMerlin Publishers
EllaRita GrechBDL Publishing
Back For YouCasey SaccoFaraxa Publishing

Kotba Tradotti għat-Tfal (Etajiet 0-7)

Ma ntgħażlux finalisti

Kotba Tradotti għat-Tfal (Etajiet 8-12)

Ma ntgħażlux finalisti

Letteratura għaż-Żgħażagħ Tradotta

Ma kienx hemm sottomissjonijiet

SHARE POST

This site is registered on wpml.org as a development site. Switch to a production site key to remove this banner.