Home / News / From Illustration to Book: Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Back to News From Illustration to Book: Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Malta Book Festival • News • Other 14th October, 2025 Jirritorna l-Festival Nazzjonali tal-Ktieb għas-46 edizzjoni tiegħu, li se ssir bejn il-5 u d-9 ta’ Novembru l-MFCC, Ta’ Qali. L-edizzjoni ta’ dis-sena se tiċċelebra l-qawwa trasformattiva tal-kotba, u l-islogan Nikteb mill-Ġdid jistedinna nirriflettu dwar in-natura ġeneruża u flessibbli tal-kultura letterarja. Għalhekk, u għal darb’oħra, il-Festival se jkun turija viżiva tal-irwol ċentrali li l-illustrazzjonijiet għandhom fil-kotba u fil-proċess kollu tal-pubblikazzjoni. L-esebizzjoni From Illustration to Book issa tinsab fir-raba’ edizzjoni tagħha waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb, li tittella’ b’kollaborazzjoni bejn il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (KNK) u l-Kunsill Malti għall-Arti (ACM). L-esebizzjoni tesplora l-evoluzzjoni tal-illustrazzjoni kontemporanja f’Malta, u tlaqqa’ artisti, disinjaturi, u rakkuntaturi li xogħolhom flimkien ikompli jagħti forma lill-immaġinazzjoni viżiva u letterarja Maltija. L-esebizzjoni tkun maqsuma f’ħamsa, u kull sezzjoni tistieden lill-viżitaturi jesperjenzaw l-illustrazzjoni bħala forma artistika u parti vitali mill-kultura tal-ktieb. Is-sezzjoni ‘Maltese Illustrated Characters’, ikkurata minn Matt Stroud, tiċċelebra l-persunaġġi ikoniċi mil-letteratura Maltija – karattri bħas-Surmast ta’ Trevor Żahra, Pietru Pitravu ta’ Carmel G. Cauchi, Ellie ta’ Naomi Gatt, u l-Professur Għasfur ta’ Ġorġ Mallia. Dawn il-kreazzjonijiet tant maħbuba, biswit oħrajn kontemporanji, jinġemgħu flimkien f’istallazzjoni viżiva li tweġġaħ ġenerazzjoni fuq oħra ta’ rakkuntar ta’ stejjer lokali. F’‘Illustration Today’ se jkun hemm esebiti xogħlijiet riċenti Maltin, ibbażati Malta, u oħrajn minn illustraturi internazzjonali li ntgħażlu wara sejħa miftuħa, u li flimkien se joffru vista panoramika tad-diversità kreattiva li tikkaratterizza l-illustrazzjonijiet tal-kotba llum. Dis-sezzjoni twitti t-triq għal dik ta’ warajha, ‘From idea to Illustration’, li tipprovdi xeni minn wara l-kwinti tal-proċess kreattiv – mill-ewwel taħżiżiet san-noti kunċettwali, u finament ix-xogħol lest – u tixħet dawl fuq l-immaġinazzjoni u d-dixxiplina li jmantnu s-sengħa tal-illustratur. L-’Artist Spotlight’ tonora żewġ figuri ewlenin fl-illustrazzjoni: Naomi Gatt u Mark Scicluna. Iż-żewġ artisti kkontribwixxew b’mod sinjfikanti fil-qasam, u kull wieħed bi stil li jiddistingwixxihom u b’impatt li jibqa’ jispira ġenerazzjonijiet ġejjiena ta’ illustraturi. Finalment, is-sezzjoni ‘MCOI Illustration Annual 2025’, ippreżentata mill-Malta Community of Illustrators (MCOI) bis-sapport tal-KNK u MCAST Research, se tesebixxi damma ta’ xogħlijiet mill-pubblikazzjoni ta’ dis-sena li tiċċelebra l-eċċellenza fl-illustrazzjoni Maltija u kif tirrelata mad-dinja tal-pubblikazzjoni. Il-Kap Eżekuttiv tal-Kunsill Malti għall-Arti, Dr Lule Dalli, qal li din l-inizjattiva tkompli turi kemm l-illustrazzjoni, il-letteratura, u d-disinn flimkien jiffurmaw is-sinsla tal-ekosistema kreattiva tagħna. “From Illustration to Book ma tiċċelebrax biss il-lingwaġġ viżiv li jagħti l-ħajja lill-istejjer, iżda tirrifletti wkoll għan komuni li nsaħħu lill-artisti u r-rakkuntaturi tal-istejjer sabiex dawn ikomplu jevolvu l-identità kulturali Maltija. Din l-esebizzjoni tfakkarna li l-kreattività tiffjorixxi meta d-dixxiplina tiltaqa’ mal-arti u l-istorja ssir kultura”, temm jgħid Dalli. Min-naħa tiegħu, il-Kap Eżekuttiv tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb, Mark Camilleri, faħħar din l-inizjattiva b’diversi raġunijiet. “L-ewwel u qabel kollox, tkompli ssaħħaħ il-kollaborazzjonijiet tagħna u għalhekk tqawwi lil xogħolna. L-esebizzjoni hija monument konkret u tanġibbli tar-relazzjoni pożittiva u dejjiema mal-Kunsill Malti għall-Arti, li beħsiebna nkomplu nsaħħuha maż-żmien. It-tieni, il-fatt li din hi r-raba’ sena li qed norganizzaw From Illustration to Book juri li issa saret parti essenzjali mill-Festival, u allura ġġib magħha sens ta’ kontinwità ċara u għammiela għaċ-ċelebrazzjoni tal-illustraturi Maltin tal-kotba”. L-esebizzjoni From Illustration to Book hija pilastru tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb, u ssaħħaħ il-ħidma sabiex jiltaqgħu flimkien l-arti, il-letteratura, u l-edukazzjoni f’ċelebrazzjoni unitarja tat-talent kreattiv Malti. Għall-programm sħiħ tal-attivitajiet u l-aħħar aġġornamenti, żur is-sit tal-KNK jew il-paġna Facebook tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb. SHARE POST Related Articles Ħareġ it-43 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 8th October, 2025 Read More Sir af min huma l-Esebituri tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb! Malta Book Festival 8th October, 2025 Read More Niktbu mill-Ġdid b’Għodda Fjamanti f’Idejna! Workshops u Masterclasses Għalik waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb ’25 Malta Book Festival 2nd October, 2025 Read More Jitħabbru r-rebbieħa tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 waqt ċerimonja fil-Kastell Verdala Other 26th September, 2025 Read More Niktbu mill-Ġdid Flimkien: Inniedu l-Programm tal-Attivitajiet tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb! Festivals 23rd September, 2025 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Iniedi l-Filmat Promozzjonali tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb Festivals 16th September, 2025 Read More Ħalli impatt barra minn Malta! L-aġent letterarju Simon Trewin b’sessjoni Zoom dwar networking li jaħdem għalik News 12th September, 2025 Read More Il-letteratura għat-tfal tieħu ħajja dinamika waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb Festivals 10th September, 2025 Read More Ħatriet ġodda fil-Bord tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Other 10th September, 2025 Read More POŻIZZJONI TA’ MANAGER MAL-KUNSILL NAZZJONALI TAL-KTIEB: JOBSPLUS PERMIT NUMBER 881/2025 News 9th September, 2025 Read More view all similar news
Sir af min huma l-Esebituri tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb! Malta Book Festival 8th October, 2025 Read More
Niktbu mill-Ġdid b’Għodda Fjamanti f’Idejna! Workshops u Masterclasses Għalik waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb ’25 Malta Book Festival 2nd October, 2025 Read More
Jitħabbru r-rebbieħa tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 waqt ċerimonja fil-Kastell Verdala Other 26th September, 2025 Read More
Niktbu mill-Ġdid Flimkien: Inniedu l-Programm tal-Attivitajiet tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb! Festivals 23rd September, 2025 Read More
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Iniedi l-Filmat Promozzjonali tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb Festivals 16th September, 2025 Read More
Ħalli impatt barra minn Malta! L-aġent letterarju Simon Trewin b’sessjoni Zoom dwar networking li jaħdem għalik News 12th September, 2025 Read More
Il-letteratura għat-tfal tieħu ħajja dinamika waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb Festivals 10th September, 2025 Read More
POŻIZZJONI TA’ MANAGER MAL-KUNSILL NAZZJONALI TAL-KTIEB: JOBSPLUS PERMIT NUMBER 881/2025 News 9th September, 2025 Read More