Home / News / Festival fejn il-komunità tiltaqa’, titkellem… u tinbidel Back to News Festival fejn il-komunità tiltaqa’, titkellem… u tinbidel Malta Book Festival • News • Other 20th October, 2025 Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb dis-sena se jsir bejn l-Erbgħa 5 u l-Ħadd 9 ta’ Novembru, fiċ-Ċentru għall-Fieri u l-Konvenzjonijiet (MFCC) Ta’ Qali, u t-tema li ntgħażlet għal din l-edizzjoni – Nikteb mill-Ġdid – tista’ titqies ukoll bħala tħeġġiġa għall-komunitajiet differenti f’Malta biex jiltaqgħu, jitkellmu… u jibdlu lil xulxin. Dan l-element trasformattiv li ssorr fiha l-letteratura u l-arti se jkun rifless fil-programm tal-attivitajiet kif ukoll fil-kollaborazzjonijiet diversi li l-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (KNK) għandu ma’ entitajiet differenti fit-tfassil ta’ dan l-avveniment. Bħala KNK nemmnu li t-trasformazzjoni tkun sinjifikanti meta ssir b’mod kollaborattiv, fejn nies jaqsmu l-ideat differenti tagħhom skont is-sengħa jew l-għerf tagħhom, imma anki skont għan komuni li jkunu miġburin għailih. Komunitajiet li jgħinu lil xulxin Għan minn dawn se jitwettaq bil-kollaborazzjoni mal-Malta Community Chest Fund Foundation, li se tarma l-kafetterija tagħha l-MFCC u d-dħul kollu mill-bejgħ waqt il-Festival imur f’dan il-fond li jgħin eluf ta’ familji fil-bżonn. Inti u tixtri dak il-kafè jew xi ħaġa xi tnaqqar, se tkun qed tingħaqad ma’ eluf oħrajn li jżuru l-Festival u tagħti sehmek għal dil-kawża. L-istess se tkun qed tagħmel meta tixtri mingħand Jacob’s Brew, li se jkunu bil-vann tagħhom ibigħu l-kafè, bid-dħul imur għall-NGO Survivors Malta. Il-Kamra Sensorja, b’kollaborazzjoni mal-Fondazzjoni Inspire u mwieżna mill-APS Bank, terġa’ magħna b’għadd ta’ attivitajiet immirati għal familji bi tfal fuq l-ispettru tal-awtiżmu. Dawn l-attivitajiet inklussivi jiżguraw li persuni differenti ma jitilfu xejn mill-ispirtu komunitarju tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb, u nħeġġu lill-ġenituri/gwardjani sabiex iżuru dan l-ispazju, speċjalment jekk it-tfal ibbenefikaw mill-vawċer ta’ €20. Magħna wkoll dis-sena hemm l-Aġenzija għall-Enerġija u l-Ilma (EWA), li se tkun qed ittella’ attivitajiet kuljum għat-tfal sabiex tinħoloq kuxjenza dwar l-użu responsabbli tal-ilma. Komunitajiet professjonali li jikbru flimkien Il-letteratura, il-kotba, u l-professjonisti tal-industrija jibqgħu il-protagonisti ewlenin ta’ dan il-Festival. Tul il-ħamest ijiem tiegħu, il-Festival jipprovdi spazju fejn il-katina ta’ persuni involuti fil-proċess tal-ktieb bħal tinħall biex tidher aktar ċara kull ħolqa, kemm għall-apprezzament tal-pubbliku ġenerali imma wkoll sabiex jinħolqu opportunitajiet ġodda bejn dawn il-ħoloq. Il-programm tal-attivitajiet jinkludi sessjonijiet kreattivi għaż-żgħar u l-kbar, masterclasses dwar il-kitba jew workshops dwar kif tagħmel ktieb personalizzat, serati ta’ poeżija u kant, sessjonijiet ta’ qari interattiv li jinkludu saħansitra annimali tat-terapija, poddati li se jixxandru dirett mill-Festival, suq żgħir tal-artisti, u esebizzjonijiet dwar l-illustrazzjoni – ewlenija fosthom il-wirja From Illustration to Book b’kollaborazzjoni mal-Kunsill Malti għall-Arti. F’dawn l-attivitajiet, il-maġija sseħħ meta jiltaqgħu professjonisti u nies minn viji differenti tal-ħajja – kemm Maltin u anki barranin – u jaqsmu flimkien dak li jafu, sabiex il-Festival verament ikun il-mutur li jġedded lill-industrija tal-kotba Maltija sena wara sena, ftit ftit. Għall-programm sħiħ tal-attivitajiet u l-aħħar aġġornamenti, żur is-sit tal-KNK jew il-paġna Facebook tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb. SHARE POST Related Articles Kif tikkonnettja ma’ Djar Żgħar ta’ Pubblikazzjoni : Sessjoni b’xejn fuq Zoom għal Awturi u pubblikaturi Maltin minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit News 27th January, 2026 Read More Festival, Fondi u Żviluppi Strateġiċi għall-2026: Dati Ewlenin Festivals 26th January, 2026 Read More Nitfgħu attenzjoni internazzjonali fuq is-settur Malti tal-ktieb waqt il-London Book Fair 2026 Literary Exports 22nd January, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb b’donazzjoni ta’ kotba lil Malta Libraries Inizjattivi 16th January, 2026 Read More EJJA SAL-LONDON BOOK FAIR 2026 MAL-KNK: BILJETTI GĦALL-IMSIEĦBA TAL-KNK MINN MALTA Literary Exports 12th January, 2026 Read More Ħareġ l-44 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 9th January, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb isellem il-memorja ta’ Alfred Palma News 20th December, 2025 Read More Sejħa għal Reċensuri tal-Paġna Letterarja bil-Malti għall-2026 Inizjattivi 19th December, 2025 Read More SEJĦA GĦAL TRADUTTURI – Inkiteb fid-database tal-KNK għat-tradutturi News 3rd December, 2025 Read More Il-KNK b’donazzjoni ta’ kotba għal-librerija tal-Komunità ta’ Santa Marija Other 3rd December, 2025 Read More view all similar news
Kif tikkonnettja ma’ Djar Żgħar ta’ Pubblikazzjoni : Sessjoni b’xejn fuq Zoom għal Awturi u pubblikaturi Maltin minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit News 27th January, 2026 Read More
Festival, Fondi u Żviluppi Strateġiċi għall-2026: Dati Ewlenin Festivals 26th January, 2026 Read More
Nitfgħu attenzjoni internazzjonali fuq is-settur Malti tal-ktieb waqt il-London Book Fair 2026 Literary Exports 22nd January, 2026 Read More
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb b’donazzjoni ta’ kotba lil Malta Libraries Inizjattivi 16th January, 2026 Read More
EJJA SAL-LONDON BOOK FAIR 2026 MAL-KNK: BILJETTI GĦALL-IMSIEĦBA TAL-KNK MINN MALTA Literary Exports 12th January, 2026 Read More
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb isellem il-memorja ta’ Alfred Palma News 20th December, 2025 Read More
Sejħa għal Reċensuri tal-Paġna Letterarja bil-Malti għall-2026 Inizjattivi 19th December, 2025 Read More
SEJĦA GĦAL TRADUTTURI – Inkiteb fid-database tal-KNK għat-tradutturi News 3rd December, 2025 Read More
Il-KNK b’donazzjoni ta’ kotba għal-librerija tal-Komunità ta’ Santa Marija Other 3rd December, 2025 Read More