Skip to content

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb b’donazzjoni ta’ kotba lil Malta Libraries

Image of Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb b’donazzjoni ta’ kotba lil Malta Libraries

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (KNK) ippreżenta donazzjoni mdaqqsa ta’ kotba lil Malta Libraries sabiex dawn isibu posthom fuq l-ixkafef tal-libreriji pubbliċi kollha ta’ Malta u Għawdex.

Il-kotba jinkludu rumanzi, novelli, poeżiji, drama, letteratura mhux fittizja, traduzzjonijiet, kotba ta’ riċerka, kotba tat-tfal u kotba għaż-żgħażagħ li ħarġu fl-aħħar ftit snin, u kollha pubblikazzjonijiet lokali. Fost il-kotba kien hemm bosta rebbieħa u finalisti tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb u l-Premju Terramaxka 2025 fil-kategoriji varji tagħhom, kif ukoll oħrajn minn pubblikaturi lokali differenti.

Id-donazzjoni ġiet ippreżentata mill-Kap Eżekuttiv tal-KNK, Mark Camilleri, lid-Deputat Librara Doreen Borg Zammit minn Malta Libraries.

B’donazzjonijiet bħal dawn nassiguraw li fl-ixkafef tal-libreriji pubbliċi jkun hemm kotba ġodda sena wara sena, u dan jgħin sabiex l-awturi fl-iskema tal-Jeddijiet tas-Self Pubbliku (PLR) jibqgħu jitħallsu għal kull darba li jissellfu l-kotba kollha tagħhom.

SHARE POST

This site is registered on wpml.org as a development site. Switch to a production site key to remove this banner.