Home / News / Festival, Fondi u Żviluppi Strateġiċi għall-2026: Dati Ewlenin Back to News Festival, Fondi u Żviluppi Strateġiċi għall-2026: Dati Ewlenin Festivals • Fondi • Inizjattivi • ISBN & ISMN • Jeddijiet Tas-Self Pubbliku • Literary Exports • London Book Fair • Malta Book Festival • Other • Premju Nazzjonali tal-Ktieb 26th January, 2026 Fl-24 ta’ Jannar il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (KNK) organizza l-Laqgħa Annwali ta’ Konsultazzjoni mal-Awturi u l-Pubblikaturi, li matulha ppreżenta l-kalendarju tax-xogħol u l-inizjattivi tiegħu għal dis-sena. Fost l-oħrajn, issemmew il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb, il-Fond Malti tal-Ktieb, u l-Festival Nazzjonali tal-Ktieb. Kif jidher aktar ’l isfel, il-Fond Malti tal-Ktieb dis-sena se jiżdied bi €19,000, li se jinfirxu fil-fergħat eżistenti kif ukoll f’oħrajn ġodda, fosthom l-Adattament ta’ Kotba Stampati f’E-books u Audiobooks. Intant, il-fond tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb dis-sena żdied b’€20,000, u se jilqa’ tliet premji għall-Aħjar Produzzjoni ta’ Ktieb bl-Isbaħ Dehra, u kotba li għalkemm dehru online qabel, ikunu ġew ippubblikati fiżikament fl-2025. Aktar dettalji dwar il-Premju tingħata fil-jiem li ġejjin meta tiftaħ is-sejħa. Sinjifikanti l-fatt li l-2026 għandha tkun is-sena li fiha jibda jinħasad l-ewwel frott mill-Viżjoni Strateġika tal-KNK fuq Ħames Snin. Fost l-oħrajn, il-KNK bi pjaċir iħabbar li se jingħata Sussidju fuq il-Prezz tal-Karta ta’ Kotba Stampati, li se jinfetaħ għall-applikazzjonijiet aktar tard dis-sena. Din l-inizjattiva qed issir biex twieżen mill-pressjonijiet finanzjarji li l-pubblikaturi qed jaffaċċjaw minħabba taqlib mill-gwerra fl-Ukrajna. Tappa oħra mill-istrateġija li se titwettaq dis-sena hija l-Konferenza Annwali dwar il-Ktieb – organizzata u mmexxija mill-KNK bil-għan li jħeġġeġ diskussjoni kritika dwar l-industrija tal-ktieb u l-politika kultura. L-ewwel edizzjoni tagħha se tittella’ fit-8 ta’ Mejju fid-DoubleTree tal-Hilton, il-Qawra, u se tħares lejn ‘L-Ekonomija u l-Ktieb’ u kif il-kultura tal-pubblikazzjoni, il-bejgħ tal-kotba u l-qari jiffunzjonaw f’ekonomija żgħira. Jekk jogħġbok, ara l-kalendarju sħiħ tal-attivitajiet minn hawn taħt. Inkella tista’ tniżżlu bħala PDF minn hawn. Il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb Sejħa għal Sottomissjonijiet: 3 ta’ Frar sa 20 ta’ Frar 2026 Lista ta’ Sottomissjonijiet: 27 ta’ Marzu 2026 Lista tal-Finalisti: 25 t’Awwissu 2026 Ċerimonja uffiċjali: 17 ta’ Settembru 2026 Ħarsa ħafifa: 8 premijijiet għall-Kotba tal-Kbar, 6 Premjijiet għall-Kotba tat-Tfal u Żgħażagħ Premjijiet: €4,000 għal xogħlijiet oriġinali €2,000 għal xogħlijiet tradotti (Kotba tat-Tfal u Żgħażagħ biss) €4,000 għal premjijiet speċjali €1,000 għall-pubblikaturi tal-kotba rebbieħa Bord t’aġġudikazzjoni independenti (€1,500 + VAT għal kull aġġudikatur, 9 b’kollox) Kuntatt: Ivania Attard – ivania.attard@gov.mt Matthew Borg – matthew.borg@ktieb.org.mt Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb Data: 4–8 ta’ Novembru 2026 Sejħa għal applikazzjonijiet: 14 t’April sal-5 ta’ Mejju 2026 (Esebituri u mhux) Kuntatt: Mark Camilleri – mark.camilleri.5@gov.mt – Loġistika u OperationsCeline Portelli – celine.portelli.2@gov.mt – Applikazzjonijiet u EsebituriSandra Hili Vassallo – sandra.hili-vassallo.1@gov.mt – Events Fond Malti għall-Ktieb Sejħa għall-Applikazzjonijiet: 17 ta’ Marzu sa 19 ta’ Mejju 2026 Tħabbira tar-riżultati: 17 ta’ Lulju 2026 Ħarsa ħafifa: Baġit: €159,000 Medda ta’ Għotjiet: €500–€5,000 Allokazzjoni ta’ Fondi: €55,000 għall-Pubblikazzjoni ta’ Kotba Ġodda €10,000 għall-Pubblikazzjoni ta’ Edizzjonijiet Ġodda ta’ Kotba mhux fl-Istampa €50,000 għat-Traduzzjoni u Esportazzjoni ta’ Kotba minn Awturi Maltin (Kat 1) €5,000 għat-Traduzzjoni ta’ Silta minn Ktieb bħala Pitch (Kat 2) €25,000 għat-Traduzzjoni lejn il-Malti €9,000 għal E-books u Audiobooks ta’ Kotba Stampati Bord t’aġġudikazzjoni independenti (€25 għal kull applikazzjoni + VAT għal kull aġġudikatur, 4 b’kollox) Kuntatt: Matthew Borg – matthew.borg@ktieb.org.mt London Book Fair Data: 10 sat-12 ta’ Marzu 2026 Ħarsa ħafifa: Promozzjoni tal-letteratura Maltija u l-Fond Malti tal-Ktieb permezz tal-Foreign Rights Catalogue. Parteċipazzjoni f’laqgħat ma’ pubblikaturi, aġenti letterarji u istituti kulturali barranin. Seminar biex jippromwovi internazzjonalment il-letteratura Maltija u l-pubblikazzjonijiet lokali. Kuntatt: Mark Camilleri – mark.camilleri.5@gov.mt – 27112104Ivania Attard – ivania.attard@gov.mt – 27131574 Il-Konkors tal-Letteratura għaż-Żgħażagħ Ċerimonja għall-edizzjoni 2025: 13 ta’ Jannar 2026 Sejħa għas-sottomissjonijiet 2026*: Il-Konkors jiftaħ mill-ġdid fl-2027 Ħarsa ħafifa: Bord t’aġġudikazzjoni independenti (€400 + VAT għal kull aġġudikatur, 3 b’kollox) Kuntatt: Matthew Borg – matthew.borg@ktieb.org.mt Konkors Nazzjonali tal-Poeżija Doreen Micallef Sejħa għal sottomissjonijiet: 12 ta’ Mejju sal-14 ta’ Lulju 2026 Ċerimonja: 8 Novembru 2026 (waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb) Ħarsa ħafifa: Premji: €1,000 għall-ewwel post €500 għat-tieni post €200 għat-tielet post Poeżiji evalwati b’mod anonimu Bord t’aġġudikazzjoni independenti (€300 + VAT għal kull aġġudikatur, 3 b’kollox) Kuntatt: Andrew Ricca – andrew.ricca@ktieb.org.mt Sussidju fuq il-Karta għall-Istampar tal-Kotba Data: Mill-1 ta’ April 2026 ’il quddiem Ħarsa ħafifa: Baġit Annwali: €50,000 Applikabbli għal pubblikaturi ta’ kotba stampati mill-1 ta’ Jannar 2026 sal-15 ta’ Diċembru 2026. Applikazzjonijiet jiddaħħlu permezz ta’ Submittable. Kuntatt: Matthew Borg – matthew.borg@ktieb.org.mt Konferenza Annwali dwar il-Ktieb Data: 8 ta’ Mejju 2026 (09:00-17:00) Post: Oracle Conference Centre – DoubleTree by Hilton, Qawra Applikazzjonijiet: 17 ta’ Frar sat-2 ta’ April 2026 Ħarsa ħafifa: Applikabbli għal imsieħba kollha tal-industrija. Reġistrazzjonijiet jiddaħħlu permezz ta’ Submittable bi ħlas ta’ €30 li jkun ikopri parteċipazzjoni, ikel u parkeġġ. Programm imħabbar mal-ftuħ tal-applikazzjonijiet (17 ta’ Frar) Kuntatt: Celine Portelli – celine.portelli.2@gov.mt Sandra Hili Vassallo – sandra.hili-vassallo.1@gov.mt Jeddijiet tas-Self Pubbliku Applikazzjonijiet: Is-sena kollha (via Submittable) Ħarsa ħafifa: Baġit Annwali: €80,000 Ħlas massimu fis-sena: €5,000 kull awtur Ħlas lil awturi, ko-awturi, illustraturi, fotografi u edituri bbażata fuq statistika ta’ self minn libreriji pubbliċi, ċentrali u reġjonali. Kuntatt: Michael Mercieca – michael.mercieca@gov.mt ISBN u ISMN Applikazzjonijiet: Is-sena kollha (minn ktieb.org.mt) Ħarsa ħafifa: Allokazzjoni ta’ ISBNs u ISMNs għall-pubblikazzjonijiet Maltin Kuntatt: Michael Mercieca – michael.mercieca@gov.mt SHARE POST Related Articles Nitfgħu attenzjoni internazzjonali fuq is-settur Malti tal-ktieb waqt il-London Book Fair 2026 Literary Exports 22nd January, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb b’donazzjoni ta’ kotba lil Malta Libraries Inizjattivi 16th January, 2026 Read More EJJA SAL-LONDON BOOK FAIR 2026 MAL-KNK: BILJETTI GĦALL-IMSIEĦBA TAL-KNK MINN MALTA Literary Exports 12th January, 2026 Read More Ħareġ l-44 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 9th January, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb isellem il-memorja ta’ Alfred Palma News 20th December, 2025 Read More Sejħa għal Reċensuri tal-Paġna Letterarja bil-Malti għall-2026 Inizjattivi 19th December, 2025 Read More SEJĦA GĦAL TRADUTTURI – Inkiteb fid-database tal-KNK għat-tradutturi News 3rd December, 2025 Read More Il-KNK b’donazzjoni ta’ kotba għal-librerija tal-Komunità ta’ Santa Marija Other 3rd December, 2025 Read More Sejħa Għal Sottomissjonijiet Minn Illustraturi: Esebixxi L-Illustrazzjoni Tiegħek Fl-Istand Tal-KNK Waqt Il-London Book Fair (10-12 Ta’ Marzu) News 1st December, 2025 Read More L-Inizjattiva ta’ Esportazzjoni Letterarja għall-Pubblikaturi u l-Awturi minn Malta (tinkludi l-London Book Fair, 10-12 ta’ Marzu 2026) Literary Exports 1st December, 2025 Read More view all similar news
Nitfgħu attenzjoni internazzjonali fuq is-settur Malti tal-ktieb waqt il-London Book Fair 2026 Literary Exports 22nd January, 2026 Read More
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb b’donazzjoni ta’ kotba lil Malta Libraries Inizjattivi 16th January, 2026 Read More
EJJA SAL-LONDON BOOK FAIR 2026 MAL-KNK: BILJETTI GĦALL-IMSIEĦBA TAL-KNK MINN MALTA Literary Exports 12th January, 2026 Read More
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb isellem il-memorja ta’ Alfred Palma News 20th December, 2025 Read More
Sejħa għal Reċensuri tal-Paġna Letterarja bil-Malti għall-2026 Inizjattivi 19th December, 2025 Read More
SEJĦA GĦAL TRADUTTURI – Inkiteb fid-database tal-KNK għat-tradutturi News 3rd December, 2025 Read More
Il-KNK b’donazzjoni ta’ kotba għal-librerija tal-Komunità ta’ Santa Marija Other 3rd December, 2025 Read More
Sejħa Għal Sottomissjonijiet Minn Illustraturi: Esebixxi L-Illustrazzjoni Tiegħek Fl-Istand Tal-KNK Waqt Il-London Book Fair (10-12 Ta’ Marzu) News 1st December, 2025 Read More
L-Inizjattiva ta’ Esportazzjoni Letterarja għall-Pubblikaturi u l-Awturi minn Malta (tinkludi l-London Book Fair, 10-12 ta’ Marzu 2026) Literary Exports 1st December, 2025 Read More