Skip to content

Kif tikkonnettja ma’ Djar Żgħar ta’ Pubblikazzjoni : Sessjoni b’xejn fuq Zoom għal Awturi u pubblikaturi Maltin minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit

Image of Kif tikkonnettja ma’ Djar Żgħar ta’ Pubblikazzjoni : Sessjoni b’xejn fuq Zoom għal Awturi u pubblikaturi Maltin minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (KNK) għal darba oħra ħa jkun qed iżomm sessjoni online fuq Zoom għall-imsieħba tiegħu mal-aġent letterarju mir-Renju Unit u ambaxxatur letterarju għal Malta Simon Trewin nhar il-Ħamis 5 ta’ Frar fl-4pm.  

F’dan is-seminar ta’ siegħa – ‘Small Can Be Beautiful: How to Connect with Small Presses’ – Trewin ħa jkun qed iħares lejn għala djar żgħar ta’ pubblikazzjoni ma għandhomx ikunu injorati, u kif awturi u pubblikaturi jistgħu jibnu kuntatt magħhom b’mod aktar infurmat u strateġiku. Pubbikaturi żgħar ta’ spiss ikollhom fokus qawwi, tmexxija editorjali u kburin li huma uniċi. Jistgħu jkunu iktar miftuħa għal vuċijiet distinti, proġetti mhux konvenzjonali u kotba li mhux dejjem għandhom post fl-istennija kummerċjali mainstream.

Abbażi ta’ deċennji ta’ esperjenza jaħdem fl-isfera tal-pubblikazzjoni, Trewin ħa jkun qed jitkellem dwar kif joperaw djar żgħar ta’ pubblikazzjoni, x’jimmotivahom u x’jagħmel proġett attraenti. Importanti daqs dan kollu wkoll, parteċipanti ħa jkunu mistiedna jaqsmu l-esperjenzi tagħhom – tajbin, ħżiena, u mħawda – u jsaqsu mistoqsijiet diretti dwar fejn jistgħu jidħlu djar żgħar ta’ pubblikazzjoni fl-ambizzjonijiet tagħhom ta’ pubblikazzjoni.

Din mhux ħa tkun forma ta’ lekċer imma djalogu: opportunità biex terġa’  taħseb dwar assunzjonijiet, tqabbel noti u tesplora kif dak li aħna nqisu “żgħir” jista’ xi drabi joffri eżatt it-tip ta’ attenzjoni, impenn u kjarezza illi awturi u pubblikaturi jkunu qed ifittxu.

Dan is-seminar huwa b’xejn imma trid tirreġistra għalih. Dawk interessati huma mistiedna jirreġistraw permezz ta’ Submittable minn hawn

SHARE POST

This site is registered on wpml.org as a development site. Switch to a production site key to remove this banner.