Home / News / Il-Maltin jixtru 3 kotba fis-sena – sondaġġ ġdid Back to News Il-Maltin jixtru 3 kotba fis-sena – sondaġġ ġdid News • Other 12th May, 2026 Il-persuna medja Maltija tixtri madwar tliet kotba fis-sena, bil-maġġorparti tippreferi kotba bl-Ingliż (53%), filwaqt li 46% jippreferu jaqraw kotba bil-Malti. Dawn il-figuri joħorġu minn sondaġġ ġdid tal-Prof. Vincent Marmarà, li ġie ppreżentat waqt il-Konferenza Annwali dwar il-Ktieb, organizzata mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (KNK) nhar il-Ġimgħa 8 ta’ Mejju, fid-DoubleTree tal-Hilton, il-Qawra. Dawk li ddikjaraw li ma jixtrux kotba taw tliet raġunijiet għaliex: preferenza li jaqraw online, nuqqas ta’ ċans biex jaqraw, u nuqqas ta’ ħeġġa biex jaqraw. Ħarġu tliet fatturi ewlenin li dawk li jixtru l-kotba jħarsu lejhom: il-ġeneru tal-ktieb, il-lingwa, u l-prezz – f’din l-ordni ta’ importanza. 62.5% ta’ min wieġeb iħossu li f’Malta hawn biżżejjed ħwienet tal-kotba. Il-konferenza li seħħet matul il-ġurnata kien jisimha ‘L-Ekonomija u l-Ktieb’, u l-programm tal-kelliema inkluda professjonisti mill-industrija tal-pubblikazzjoni, mill-qasam tal-politika pubblika, u mill-qasam tal-ekonomija u n-negozji ż-żgħar. Kien hemm żewġ sessjonijiet – ‘Il-Pubblikazzjoni f’Mikroekonomija’ u ‘Ħwienet tal-Kotba, Bejjiegħa tal-Kotba, u d-Dinamika tal-Konsum’ – u l-konferenza offriet ukoll l-ispazju għal gruppi ta’ ħidma li fihom il-parteċipanti kienu maqsuma minn qabel u mmexxija jiddiskutu suġġetti importanti. Il-punti ewlenin minn dawn il-gruppi ġew ippreżentati minn rappreżentant ta’ kull grupp. Qabel il-preżentazzjoni tas-sondaġġ minn Marmarà, tkellem il-mistieden ewlieni Stephen Reid (Lilliput Press, l-Irlanda) dwar l-isfidi attwali tal-industrija tal-kotba Irlandiża li wħud minnhom identiċi għall-isfidi tal-Maltin, speċjalment dawk li jġib magħhom suq żgħir li jrid jgħix fl-istess spazju m’ieħor akbar u dominanti. Minkejja dan, Reid innota li l-valur kulturali u letterarju f’ekonomiji żgħar għandna nagħtu kasu, u dan għandu relevanza ewlenija – l-ekoloġiji żgħar tal-pubblikazzjoni jistgħu jibdlu dak li fid-dieher jidher limitazzjoni f’opportunità b’saħħitha. Waqt id-diskors tiegħu, il-Kap Eżekuttiv tal-KNK Mark Camilleri enfasizza li avvenimenti bħal dawn jagħtu lok għal diskussjonijiet ħielsa dwar l-istat kurrenti tas-suq tal-pubblikazzjoni Malti, li madankollu jimxu għal kif nixtiequ naraw dan is-suq fil-ġejjieni. Camilleri saħaq il-konvinzjoni tiegħu li dawk li attendew il-Konferenza kollha kellhom l-aħjar intenzjonijiet u lil din l-industrija f’qalbhom. Kompla jinnota li din il-Konferenza se tibda ssir kull sena, għax hija minnha nnifisha pass importanti fl-Istrateġija tal-KNK fuq Ħames Snin 2025-2030, li jingħaqad ma’ punti oħrajn li flimkien jiggwidaw lill-KNK jiżviluppa u jtejjeb dak li diġà sar b’risq is-settur lokali tal-pubblikazzjoni. Fost l-oħrajn l-Iskema tas-Sussidju għall-Kotba Stampati li toffri għajnuna diretta lill-pubblikaturi milquta mill-għoli fil-prezz tal-karta, inkella l-vawċers miżjuda fil-valur li ġew introdotti s-sena l-oħra waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb u li ġġeneraw madwar €306,000 bejn pubblikaturi u bejjiegħa tal-kotba. Il-Fond Malti tal-Ktieb żdied minn €140,000 għal €159,000 fl-2026, u dan kabbar l-għajnuna għall-pubblikazzjonijiet lokali – minn dawk tradizzjonali li jkollhom valur kulturali għoli sa oħrajn li jimpjegaw teknoloġiji ġodda bħall-ebooks u l-audiobooks. Ix-xogħol internazzjonali tal-KNK saħħaħ il-preżenza tal-pubblikaturi Maltin f’fieri barranin bħal ta’ Londra, Turin, Valenzja u Frankfurt, megħjunin mill-Katalgu tad-Drittijiet ta’ Barra. Camilleri rrimarka, “Il-KNK qatt ma qagħad lura milli jirrikonoxxi l-isfidi li l-industrija tagħna taffaċċja ta’ kuljum, u ħafna mill-inizjattivi msemmija twieldu appuntu minn konsultazzjonijiet ma’ msieħba li kienu interessati jipparteċipaw. Madankollu ma nkunux veritiera jekk ngħidu li l-futur tal-industrija tal-kotba f’Malta huwa biss dagħbien u qtugħ ta’ qalb. Huwa għalhekk li ltqajna hawnhekk illum, sabiex bil-parteċipazzjoni diretta tagħkom nixegħlu musbieħ għall-quddiem”. SHARE POST Related Articles Sejħa Miftuħa għas-sottomissjonijiet ta’ illustrazzjonijiet għall-esebizzjoni From Illustration to Book fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Festivals 11th May, 2026 Read More Il-KNK jippubblika r-Rapport Annwali għall-2025 News 17th April, 2026 Read More Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More Avviż lill-Esebituri u l-Organizzaturi tal-Avvenimenti – Applikaw Issa Biex Tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Other 14th April, 2026 Read More Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More Ħareġ il-45 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 9th April, 2026 Read More Sejħa għall-Addattamenti Teatrali ta’ Kotba Maltin waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb News 8th April, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jilqa’ Maniġer ġdida News 7th April, 2026 Read More Titnieda l-Iskema tas-Sussidju għall-Kotba Stampati News 1st April, 2026 Read More Ippubblikata l-lista tas-sottomissjonijiet eliġibbli għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Other 30th March, 2026 Read More view all similar news
Sejħa Miftuħa għas-sottomissjonijiet ta’ illustrazzjonijiet għall-esebizzjoni From Illustration to Book fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Festivals 11th May, 2026 Read More
Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More
Avviż lill-Esebituri u l-Organizzaturi tal-Avvenimenti – Applikaw Issa Biex Tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Other 14th April, 2026 Read More
Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More
Sejħa għall-Addattamenti Teatrali ta’ Kotba Maltin waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb News 8th April, 2026 Read More
Ippubblikata l-lista tas-sottomissjonijiet eliġibbli għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Other 30th March, 2026 Read More