Home / News / Il-Fond għall-Adattament Ċinematografiku tal-KNK: Jitħabbru r-riżultati Back to News Il-Fond għall-Adattament Ċinematografiku tal-KNK: Jitħabbru r-riżultati Fondi • Fondi awdjoviżivi • Other 9th November, 2021 Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (KNK) qed ħabbar ir-riżultati tal-Fond għall-Adattament Ċinematografiku 2021. Il-fond bijennali kien tnieda f’Lulju tal-2019 bil-għan li jippromwovi x-xogħlijiet letterarji Maltin bis-saħħa ta’ produzzjoni ta’ film ibbażat fuq rumanz rebbieħ jew finalist tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb. Dal-fond ikopri l-aspetti kollha fl-iżvilupp u l-produzzjoni ta’ proġett wieħed rebbieħ, sa massimu ta’ allokazzjoni finanzjarja ta’ €200,000. Il-kumpanija awdjoviżiva Take Two se tkun qed tirċievi l-fond biex tipproduċi film adattat minn Castillo ta’ Clare Azzopardi (Merlin Publishers, 2018), li kien finalist tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2019 fil-kategorija tar-rumanzi. Il-proġett se jitmexxa minn Abigail Mallia. Fil-ġudizzju tiegħu l-bord aġġudikattiv indipendenti, magħmul minn Rebecca Anastasi, Kenneth Scicluna u Andrei Vella Laurenti, innota li l-proġett sottomess minn Take Two se jersaq lejn il-materja prima testwali b’mod li hu sensittiv kemm tematikament kif ukoll narrattivament, u li l-applikazzjoni tagħti kont ta’ deċiżjonijiet viżwali li għandhom joħolqu mill-ġdid id-dinja tar-rumanz. Il-Fond għall-Adattament Ċinematografiku tal-KNK kien miftuħ għall-appliklazzjonijiet mis-17 ta’ Mejju sat-30 t’Awwissu 2021, u l-applikanti eliġibbli kienu mistiedna jippreżentaw il-proġett tagħhom lill-bord aġġudikattiv f’Settembru. Applikazzjoni eliġibbli waħda daħlet għal din l-edizzjoni tal-fond. Sal-aħħar tas-sena l-benefiċjarju tal-fond se jintalab jidħol f’kuntratt mal-KNK għall-produzzjoni tal-film. SHARE POST Related Articles Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Iniedi l-Filmat Promozzjonali tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb Festivals 16th September, 2025 Read More Il-letteratura għat-tfal tieħu ħajja dinamika waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb Festivals 10th September, 2025 Read More Ħatriet ġodda fil-Bord tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Other 10th September, 2025 Read More POŻIZZJONI TA’ MANAGER MAL-KUNSILL NAZZJONALI TAL-KTIEB: JOBSPLUS PERMIT NUMBER 881/2025 News 9th September, 2025 Read More Ir-rebbieħa tal-Premju Booker Samantha Harvey għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb Festivals 2nd September, 2025 Read More Jiftaħ għas-sottomissjonijiet bil-Malti u bl-Ingliż il-Premju Commonwealth għan-Novelli 2026 Other 1st September, 2025 Read More Jitħabbru l-finalisti tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 News 26th August, 2025 Read More X’Jagħmel Novella Kbira? News 18th August, 2025 Read More IL-KNK IĦABBAR WORKSHOP TOUR DWAR IN-NOVELLA (AWW-OTT 2025) News 5th August, 2025 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb iniedi l-Istrateġija fuq Ħames Snin 2025-2030 News 5th August, 2025 Read More view all similar news
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Iniedi l-Filmat Promozzjonali tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb Festivals 16th September, 2025 Read More
Il-letteratura għat-tfal tieħu ħajja dinamika waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb Festivals 10th September, 2025 Read More
POŻIZZJONI TA’ MANAGER MAL-KUNSILL NAZZJONALI TAL-KTIEB: JOBSPLUS PERMIT NUMBER 881/2025 News 9th September, 2025 Read More
Ir-rebbieħa tal-Premju Booker Samantha Harvey għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb Festivals 2nd September, 2025 Read More
Jiftaħ għas-sottomissjonijiet bil-Malti u bl-Ingliż il-Premju Commonwealth għan-Novelli 2026 Other 1st September, 2025 Read More
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb iniedi l-Istrateġija fuq Ħames Snin 2025-2030 News 5th August, 2025 Read More