Home / News / Jitħabbar ir-rebbieħ tal-Konkors Letterarju – Kitba għaż-Żgħażagħ 2018 Back to News Jitħabbar ir-rebbieħ tal-Konkors Letterarju – Kitba għaż-Żgħażagħ 2018 Other 27th March, 2019 Ir-rebbieħ tal-Konkors Letterarju – Kitba għaż-Żgħażagħ 2018 huwa Mark Calleja, bil-manuskritt Karma Red. Il-Konkors Letterarju – Kitba għaż-Żgħażagħ huwa konkors annwali mwaqqaf mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb f’kollaborazzjoni mal-Aġenzija Żgħażagħ bil-għan li jagħżel u jippremja rumanzi bil-Malti li jirnexxilhom jindirizzaw lill-adulti żgħażagħ u l-kwistjonijiet varji li dawn jiltaqgħu magħhom f’dan l-istadju partikolari tal-ħajja, mingħajr ma jadottaw pożizzjoni moraliġġanti jew didattika. Iċ-ċerimonja saret l-Erbgħa, 27 ta’ Marzu, u fetħet il-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus 2019, l-Università ta’ Malta. Għall-għoti tal-premju kien hemm Isabelle Mallia, Uffiċjal tal-Ħidma għaż-Żgħażagħ mill-Aġenzija Żgħażagħ, il-Kap Eżekuttiv tal-KNK, Mark Camilleri u l-President tal-Għaqda tal-Malti – Università, Sephora Francalanza. Tajjeb jingħad li b’kollox kien hemm erba’ manuskritti sottomessi, u r-rebbieħ intgħażel minn bord indipendenti ta’ aġġudikazzjoni. Mark Calleja ngħata trofew u ċertifikat biex jikkommemora l-avveniment, u se jirċievi €1,000 bħala premju finanzjarju. Sussegwentement, se jiġi mitlub jiffirma kuntratt sabiex jingħata fondi għall-pubblikazzjoni tal-manuskritt ma’ pubblikatur lokali. SHARE POST Related Articles Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Iniedi l-Filmat Promozzjonali tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb Festivals 16th September, 2025 Read More Il-letteratura għat-tfal tieħu ħajja dinamika waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb Festivals 10th September, 2025 Read More Ħatriet ġodda fil-Bord tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Other 10th September, 2025 Read More POŻIZZJONI TA’ MANAGER MAL-KUNSILL NAZZJONALI TAL-KTIEB: JOBSPLUS PERMIT NUMBER 881/2025 News 9th September, 2025 Read More Ir-rebbieħa tal-Premju Booker Samantha Harvey għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb Festivals 2nd September, 2025 Read More Jiftaħ għas-sottomissjonijiet bil-Malti u bl-Ingliż il-Premju Commonwealth għan-Novelli 2026 Other 1st September, 2025 Read More Jitħabbru l-finalisti tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 News 26th August, 2025 Read More X’Jagħmel Novella Kbira? News 18th August, 2025 Read More IL-KNK IĦABBAR WORKSHOP TOUR DWAR IN-NOVELLA (AWW-OTT 2025) News 5th August, 2025 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb iniedi l-Istrateġija fuq Ħames Snin 2025-2030 News 5th August, 2025 Read More view all similar news
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Iniedi l-Filmat Promozzjonali tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb Festivals 16th September, 2025 Read More
Il-letteratura għat-tfal tieħu ħajja dinamika waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb Festivals 10th September, 2025 Read More
POŻIZZJONI TA’ MANAGER MAL-KUNSILL NAZZJONALI TAL-KTIEB: JOBSPLUS PERMIT NUMBER 881/2025 News 9th September, 2025 Read More
Ir-rebbieħa tal-Premju Booker Samantha Harvey għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb Festivals 2nd September, 2025 Read More
Jiftaħ għas-sottomissjonijiet bil-Malti u bl-Ingliż il-Premju Commonwealth għan-Novelli 2026 Other 1st September, 2025 Read More
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb iniedi l-Istrateġija fuq Ħames Snin 2025-2030 News 5th August, 2025 Read More