Home / News / Basma Abel Aziz fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2016 Back to News Basma Abel Aziz fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2016 Festivals • Other 27th October, 2016 Mistiedna mportanti ħafna tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb ta’ din is-sena hi bla dubbju Basma Abd El Aziz, il-kittieba ta’ The Queue, rumanz li ntlaqa’ b’tifħir kbir mill-kritiċi. Basma tgħix fil-Kajr, fejn twieldet fl-1976 u għandha Master’s degree f’Newropsikjatrija mill-università ta’ Ein Shams. Hija membru taċ-Ċentru El Nadeem għar-Riabilitazzjoni ta’ Vittmi ta’ Vjolenza, kif ukoll membru tal-Assoċjazzjoni ta’ Kittieba Nisa Eġizzjani. Bħala attivista għad-drittijiet tal-bniedem, kitbet ħafna fuq suġġetti relatati ma’ elezzjonijiet ġusti, id-dritt għall-integrita fiżika u s-sigurta, u l-indipendenza ta’ entitajiet pubbliċi edukattivi. The Queue jħares lejn xenarju ta’ revoluzzjoni falluta f’pajjiż mhux imsemmi, x’imkien fil-Lvant Nofsani. Id-dinamika tal-istorja tintiseġ madwar kju enormi ta’ ċittadini li qed jistennew quddiem entità amministrattiva bla wiċċ, magħrufa bħala ‘Il-Bieb’, sabiex japplikaw għal servizzi bażiċi. L-immaġni tal-‘Bieb’ għandha valur simboliku qawwi ħafna għall-qarrejja Għarab li ser jassoċjawha mal-ewwel ma’ ‘La Porte’, il-bibien storiċi taċ-ċentru amministrattiv tal-palazz Topkapi f’Istanbul li għal iktar minn 4 sekli kien il-bażi prinċipali tal-amministrazzjoni Ottomana fuq il-popli Għarab u simbolu ta’ amministrazzjoni bla wiċċ, imbegħda. Ir-rumanz jagħti iktar minn lemħa lill-klassiċi ta’ letteratura distopjana bħal The Trial ta’ Franz Kafka jew Blindness ta’ Jose Saramago u huwa rappreżentattiv ħafna tal-moviment ġdid ta’ kittieba mill-Lvant Nofsani li qed jippruvaw jagħmlu sens mill-vojt soċjali u politiku, mill-kaos u d-diżappunti li ħallew warajhom ir-revoluzzjonijiet tal-2011, magħrufa bħala l-‘Arab Uprisings.’ Basma ser tieħu sehem f’żewġ attivitajiet fil-festival – hi fost il-kelliema fil-konferenza ‘Literature and Totalitarianism’, li ser jiftaħ il-festival nhar L-Erbgħa 9 ta’ Novembru u l-għada, il-Ħamis 10 ta’ Novembru, ser ikollha attività ddedikata lilha, fejn ser titkellem mal-kittieb Malti-Palestinjan Walid Nahban fuq xogħolha u ħajjitha. Ser ikun hemm ukoll qari ta’ siltiet mir-rumanz The Queue. Għal aktar informazzjoni dwar il-programm kulturali tul il-ħamest ijiem tal-Festival: Web: https://ktieb.org.mt/?page_id=139&lang=mt Facebook: https://www.facebook.com/events/1951963831697045/ SHARE POST Related Articles Esebituri — applikaw issa sabiex tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb tal-2025! Festivals 15th April, 2025 Read More Ħareġ il-41 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Jeddijiet Tas-Self Pubbliku 9th April, 2025 Read More Nippubblikaw il-lista t-twila tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb u l-Premju Terramaxka 2025 Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2nd April, 2025 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb bi branding ġdid! News 5th March, 2025 Read More Sejħa għal Delegati: Malta magħżula bħala l-Pajjiż Fokus għall-Mediterranea Publishing Fellowship Other 28th February, 2025 Read More Il-KNK u l-Wikimedia Malta jħabbru l-Wikimedians in Residence għall-Proġett tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb Other 20th February, 2025 Read More Jiftħu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Other 17th February, 2025 Read More Il-KNK isaħħaħ il-preżenza tal-imsieħba fil-London Book Fair 2025 Esportazzjoni letterarja 11th February, 2025 Read More Ir-Rapport Annwali tal-KNK għall-2024 Other 4th February, 2025 Read More Festivals, Fondi u Inizjattivi għall-2025: Dati Ewlenin Esportazzjoni letterarja 29th January, 2025 Read More view all similar news
Esebituri — applikaw issa sabiex tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb tal-2025! Festivals 15th April, 2025 Read More
Ħareġ il-41 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Jeddijiet Tas-Self Pubbliku 9th April, 2025 Read More
Nippubblikaw il-lista t-twila tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb u l-Premju Terramaxka 2025 Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2nd April, 2025 Read More
Sejħa għal Delegati: Malta magħżula bħala l-Pajjiż Fokus għall-Mediterranea Publishing Fellowship Other 28th February, 2025 Read More
Il-KNK u l-Wikimedia Malta jħabbru l-Wikimedians in Residence għall-Proġett tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb Other 20th February, 2025 Read More
Jiftħu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Other 17th February, 2025 Read More
Il-KNK isaħħaħ il-preżenza tal-imsieħba fil-London Book Fair 2025 Esportazzjoni letterarja 11th February, 2025 Read More
Festivals, Fondi u Inizjattivi għall-2025: Dati Ewlenin Esportazzjoni letterarja 29th January, 2025 Read More