Home / News / Ċelebrazzjoni ta’ Cervantes waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2016 Back to News Ċelebrazzjoni ta’ Cervantes waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2016 Festivals • Other 18th October, 2016 Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jixtieq jinforma lill-pubbliku b’preżentazzjoni li ser tittella’ bil-kollaborazzjoni tad-Dipartiment tal-Ispanjol (Università ta’ Malta) u l-Ambaxxata ta’ Spanja f’Malta flimkien mal-istess Kunsill u SKS, bit-titlu ‘Cervantes and Don Quixote in Literature and Culture’. Il-preżentazzjoni, li hija waħda mill-attivitajiet ewlenin tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb, hija maħsuba sabiex tfakkar l-400 anniversarju mill-mewt ta’ Miguel de Cervantes (1616) u ser tinvolvi għadd ta’ kelliema, fosthom l-espert fuq Cervantes u l-importanza tiegħu fil-letteratura kontemporanja, il-Professur John Ardila. L-attivita ser tkun imżewqa b’sessjoni ta’ għana popolari minn Emmanuel Abela, għannej popolari miż-Żejtun magħruf bħala Il-fenka u akkumpanjat minn kitarristi popolari oħra, li ser jinterpreta bl-għana siltiet minn DUN KIXOTT MILL-MANĊA (SKS), it-traduzzjoni Maltija f’għamla poetika tax-xogħol ta’ Cervantes minn Pawlu Montebello. Ser ikun hemm ukoll it-tnedija ta’ Żwieġ Qarrieqi (The Deceitful Marriage), wieħed mir-‘rumanzi eżemplari’ ta’ Cervantes li ġie tradott għall-Malti minn Fiona Sciberras. Il-pubblikazzjoni ta’ dan ix-xogħol seħħ bl-għajnuna tal-Ambaxxata Spanjola fl-okkażjoni tal-anniversarju. L-E.T. José Pons, l-Ambaxxatur ta’ Spanja ser ikun preżenti għall-okkażjoni, li ser iseħħ f’Sala Sir Temi Zammit (MCC, Valletta) fl-10 ta filgħodu, il-Ħadd, 13 ta’ Novembru. Il-diskussjonijiet ser ikunu bl-Ingliż. Għal aktar informazzjoni dwar il-programm kulturali tul il-ħamest ijiem tal-Festival: Web: https://ktieb.org.mt/?page_id=139&lang=mt Facebook: https://www.facebook.com/events/1951963831697045/ SHARE POST Related Articles Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb waqt il-London Book Fair 2026 Other 19th February, 2026 Read More Irreġistra mil-lum għall-Konferenza Annwali dwar il-Ktieb Other 17th February, 2026 Read More Kif tapplika għal Residenzi tal-Kitba u Workshops barra minn Malta: Sessjoni Zoom b’xejn minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit Other 12th February, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb isellem il-memorja ta’ Lina Brockdorff Other 11th February, 2026 Read More Jiftħu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Other 3rd February, 2026 Read More Kif tikkonnettja ma’ Djar Żgħar ta’ Pubblikazzjoni : Sessjoni b’xejn fuq Zoom għal Awturi u pubblikaturi Maltin minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit News 27th January, 2026 Read More Festival, Fondi u Żviluppi Strateġiċi għall-2026: Dati Ewlenin Festivals 26th January, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb b’donazzjoni ta’ kotba lil Malta Libraries Inizjattivi 16th January, 2026 Read More EJJA SAL-LONDON BOOK FAIR 2026 MAL-KNK: BILJETTI GĦALL-IMSIEĦBA TAL-KNK MINN MALTA Literary Exports 12th January, 2026 Read More Ħareġ l-44 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 9th January, 2026 Read More view all similar news
Kif tapplika għal Residenzi tal-Kitba u Workshops barra minn Malta: Sessjoni Zoom b’xejn minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit Other 12th February, 2026 Read More
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb isellem il-memorja ta’ Lina Brockdorff Other 11th February, 2026 Read More
Kif tikkonnettja ma’ Djar Żgħar ta’ Pubblikazzjoni : Sessjoni b’xejn fuq Zoom għal Awturi u pubblikaturi Maltin minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit News 27th January, 2026 Read More
Festival, Fondi u Żviluppi Strateġiċi għall-2026: Dati Ewlenin Festivals 26th January, 2026 Read More
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb b’donazzjoni ta’ kotba lil Malta Libraries Inizjattivi 16th January, 2026 Read More
EJJA SAL-LONDON BOOK FAIR 2026 MAL-KNK: BILJETTI GĦALL-IMSIEĦBA TAL-KNK MINN MALTA Literary Exports 12th January, 2026 Read More