Home / News / Ċelebrazzjoni ta’ Cervantes waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2016 Back to News Ċelebrazzjoni ta’ Cervantes waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2016 Festivals • Other 18th October, 2016 Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jixtieq jinforma lill-pubbliku b’preżentazzjoni li ser tittella’ bil-kollaborazzjoni tad-Dipartiment tal-Ispanjol (Università ta’ Malta) u l-Ambaxxata ta’ Spanja f’Malta flimkien mal-istess Kunsill u SKS, bit-titlu ‘Cervantes and Don Quixote in Literature and Culture’. Il-preżentazzjoni, li hija waħda mill-attivitajiet ewlenin tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb, hija maħsuba sabiex tfakkar l-400 anniversarju mill-mewt ta’ Miguel de Cervantes (1616) u ser tinvolvi għadd ta’ kelliema, fosthom l-espert fuq Cervantes u l-importanza tiegħu fil-letteratura kontemporanja, il-Professur John Ardila. L-attivita ser tkun imżewqa b’sessjoni ta’ għana popolari minn Emmanuel Abela, għannej popolari miż-Żejtun magħruf bħala Il-fenka u akkumpanjat minn kitarristi popolari oħra, li ser jinterpreta bl-għana siltiet minn DUN KIXOTT MILL-MANĊA (SKS), it-traduzzjoni Maltija f’għamla poetika tax-xogħol ta’ Cervantes minn Pawlu Montebello. Ser ikun hemm ukoll it-tnedija ta’ Żwieġ Qarrieqi (The Deceitful Marriage), wieħed mir-‘rumanzi eżemplari’ ta’ Cervantes li ġie tradott għall-Malti minn Fiona Sciberras. Il-pubblikazzjoni ta’ dan ix-xogħol seħħ bl-għajnuna tal-Ambaxxata Spanjola fl-okkażjoni tal-anniversarju. L-E.T. José Pons, l-Ambaxxatur ta’ Spanja ser ikun preżenti għall-okkażjoni, li ser iseħħ f’Sala Sir Temi Zammit (MCC, Valletta) fl-10 ta filgħodu, il-Ħadd, 13 ta’ Novembru. Il-diskussjonijiet ser ikunu bl-Ingliż. Għal aktar informazzjoni dwar il-programm kulturali tul il-ħamest ijiem tal-Festival: Web: https://ktieb.org.mt/?page_id=139&lang=mt Facebook: https://www.facebook.com/events/1951963831697045/ SHARE POST Related Articles Il-KNK jippubblika r-Rapport Annwali għall-2025 News 17th April, 2026 Read More Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More Avviż lill-Esebituri u l-Organizzaturi tal-Avvenimenti – Applikaw Issa Biex Tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Other 14th April, 2026 Read More Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More Ħareġ il-45 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 9th April, 2026 Read More Sejħa għall-Addattamenti Teatrali ta’ Kotba Maltin waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb News 8th April, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jilqa’ Maniġer ġdida News 7th April, 2026 Read More Titnieda l-Iskema tas-Sussidju għall-Kotba Stampati News 1st April, 2026 Read More Ippubblikata l-lista tas-sottomissjonijiet eliġibbli għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Other 30th March, 2026 Read More Il-Programm Sħiħ tal-Konferenza Annwali dwar il-Ktieb: Kelliema varji jistħarrġu r-realtajiet ekonomiċi fl-industrija tal-pubblikazzjoni Inizjattivi 20th March, 2026 Read More view all similar news
Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More
Avviż lill-Esebituri u l-Organizzaturi tal-Avvenimenti – Applikaw Issa Biex Tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Other 14th April, 2026 Read More
Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More
Sejħa għall-Addattamenti Teatrali ta’ Kotba Maltin waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb News 8th April, 2026 Read More
Ippubblikata l-lista tas-sottomissjonijiet eliġibbli għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Other 30th March, 2026 Read More
Il-Programm Sħiħ tal-Konferenza Annwali dwar il-Ktieb: Kelliema varji jistħarrġu r-realtajiet ekonomiċi fl-industrija tal-pubblikazzjoni Inizjattivi 20th March, 2026 Read More