Home / News / Clare Azzopardi u Loranne Vella fil-Festival tal-Ktieb fis-Sajf Back to News Clare Azzopardi u Loranne Vella fil-Festival tal-Ktieb fis-Sajf Festivals • Other 27th June, 2017 L-ewwel ġurnata tal-Festival tal-Ktieb fis-Sajf fl-14 ta’ Lulju se tkun fuq it-tema taż-żgħażagħ u l-letteratura. Kemm il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb kif ukoll numru ta’ pubblikaturi lokali ħejjew attivitajiet ibbażati fuq it-tema magħżula, sabiex janalizzaw aspetti differenti tal-letteratura għaż-żgħażagħ u l-litteriżmu fost iż-żgħażagħ. Fl-ewwel attività kulturali tal-ġurnata, il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb se jippreżenta żewġ awturi magħrufa, Clare Azzopardi u Loranne Vella, li se jaqraw siltiet tax-xogħol tagħhom. Grazzi għall-kotba tagħha li kisbu suċċess enormi mat-tfal u l-adulti żgħażagħ, kotba li tipikament jindirizzaw temi rilevanti ħafna bħall-kaċċa, il-midja soċjali u kwistjonijiet tal-familja, isem Clare Azzopardi huwa magħruf sew mal-pubbliku Malti. Il-kittieba, li ġiet rikonoxxuta kemm il-darba għax-xogħol tagħha fil-qasam tal-kitba, taħdem bħala l-Kap tad-Dipartiment tal-Malti fil-Junior College u tikteb kemm għat-tfal kif ukoll għall-adulti. Bħala membru attiv ta’ Inizjamed, hija ħadet sehem fl-organizzazzjoni ta’ bosta attivitajiet letterarji u workshops, ħafna drabi b’kollaborazzjoni ma’ Literature Across Frontiers. Kienet waħda mill-10 Vuċijiet Ġodda ta’ l-Ewropa fl-2016. Fl-attività msemmija, Azzopardi se tkun qed taqra mill-kotba tagħha Frejp, rakkont tal-twissija fuq il-perikli u l-iżvantaġġi tal-użu ħażin tal-internet, Il-każ kważi kollu tal-aħwa De Molizz, ktieb illustrat sabiħ ħafna li jħares lejn ir-relazzjoni iebsa bejn l-istudenti żgħażagħ u l-istruttura amministrattiva tal-iskejjel, liema ktieb ngħata l-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2010, u s-serje immensament popolari Jake Cassar, li teżamina temi bħal ansjetà li jġibu l-eżamijiet, ir-rivalità tal-aħwa u l-effett ta’ protezzjoni żejda min-naħa tal-ġenituri. Loranne Vella hija l-iktar magħrufa fost il-qarrejja żgħażagħ għat-triloġija II-Fiddien, li kitbet flimkien ma’ Simon Bartolo. It-tliet kotba fit-triloġija – Sqaq l-Infern, Wied Wirdien u Il-Ġnien tad-Dmugħ – kisbu l-Premju Nazzjonali tal-Ktieb fil-kategorija rispettiva tagħhom. Fl-2016, it-traduzzjoni tagħha ta’ Violeta ta’ Abril Calero rebħet il-Premju Terramaxka fil-kategorija għall-kotba maqluba għall-Malti. Fl-attività msemmija, ser tkun qed taqra minn Magna (TM) Mater, rumanz li ħareġ fl-2011 u kien miktub speċifikament għal adulti żgħażagħ. Ir-rumanz jieħu bħala l-isfond tiegħu lil Malta fis-sena 2020, u jittratta aspetti differenti bħall-bidla fil-klima, is-cyberspace, skateboarding u l-ħbiberija. L-istorja ddur ma’ Elizabeth, erojina mhux tas-soltu, li trid bilfors issib is-soluzzjoni ta’ misteru konness mal-passat tagħha. Fl-istess waqt trid tissielet ma’ sentimenti ġodda li qed tqanqal fiha r-relazzjoni tagħha mal-ikbar ħabib li għandha. Il-‘Magna’ fit-titlu tirreferi għall-internet u l-azzjoni fir-rumanz timxi fl-isfond ta’ Malta li qed tibda tħoss l-effetti qerrieda ta’ bidla fil-klima salvaġġa u inkontrollabbli. Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb huwa kburi li jippreżenta dawn iż-żewġ awturi u x-xogħol tagħhom li huwa indikattiv ta’ bidla fil-letteratura għat-tfal u ż-żgħażagħ mill-letteratura tradizzjonali tat-tfal li kienet tipikament mimlija slapstick għal waħda aktar responsabbli u li tinvolvi ruħha b’mod soċjali waqt li tkellem lill-qarrejja żgħażagħ fuq kwistjonijiet serji u ta’ tħassib profond. SHARE POST Related Articles POŻIZZJONI TA’ MANAGER MAL-KUNSILL NAZZJONALI TAL-KTIEB: JOBSPLUS PERMIT NUMBER 881/2025 News 9th September, 2025 Read More Ir-rebbieħa tal-Premju Booker Samantha Harvey għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb Festivals 2nd September, 2025 Read More Jiftaħ għas-sottomissjonijiet bil-Malti u bl-Ingliż il-Premju Commonwealth għan-Novelli 2026 Other 1st September, 2025 Read More Jitħabbru l-finalisti tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 News 26th August, 2025 Read More X’Jagħmel Novella Kbira? News 18th August, 2025 Read More IL-KNK IĦABBAR WORKSHOP TOUR DWAR IN-NOVELLA (AWW-OTT 2025) News 5th August, 2025 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb iniedi l-Istrateġija fuq Ħames Snin 2025-2030 News 5th August, 2025 Read More Sandra Hili Vassallo Tinħatar Direttur Eżekuttiv tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb News 22nd July, 2025 Read More Joħorġu r-riżultati tal-Fond Malti tal-Ktieb 2025 Fondi 15th July, 2025 Read More Ħareġ it-42 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 9th July, 2025 Read More view all similar news
POŻIZZJONI TA’ MANAGER MAL-KUNSILL NAZZJONALI TAL-KTIEB: JOBSPLUS PERMIT NUMBER 881/2025 News 9th September, 2025 Read More
Ir-rebbieħa tal-Premju Booker Samantha Harvey għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb Festivals 2nd September, 2025 Read More
Jiftaħ għas-sottomissjonijiet bil-Malti u bl-Ingliż il-Premju Commonwealth għan-Novelli 2026 Other 1st September, 2025 Read More
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb iniedi l-Istrateġija fuq Ħames Snin 2025-2030 News 5th August, 2025 Read More
Sandra Hili Vassallo Tinħatar Direttur Eżekuttiv tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb News 22nd July, 2025 Read More