Home / News / Donazzjoni ta’ kotba lill-Komunità Terapewtika ta’ San Blas (Caritas Malta) Back to News Donazzjoni ta’ kotba lill-Komunità Terapewtika ta’ San Blas (Caritas Malta) Inizjattivi • Other 16th August, 2019 Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (KNK) illum ta donazzjoni mdaqqsa ta’ kotba lill-Komunità Terapewtika ta’ San Blas (Caritas Malta), li fost servizzi oħra toffri programmi rijabilitattivi lil persuni li jkunu jabbużaw mid-droga. Il-preżentazzjoni tal-kotba saret fil-librerija l-ġdida taċ-ċentru, li bħalissa għaddej minn fażi ta’ strutturar tal-bini. Jilqgħu d-donazzjoni kien hemm Jeffrey Muscat, Kap tal-Komunità Terapewtika Taqsima tal-Irġiel, u membri oħra tal-istaff. L-għażla tal-kotba tvarja minn rumanzi, novelli, poeżiji u xogħol etnografiku bil-Malti u bl-Ingliż. Il-maġġorparti tal-kotba huma finalisti jew rebbieħa kemm ta’ premji letterarji lokali, bħall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb, u anki dawk internazzjonali, bħall-Premju tal-Unjoni Ewropea għal-Letteratura. Il-KNK jagħmel bosta donazzjonijiet matul is-sena, bil-għan li jippromwovi kultura ta’ qari fost setturi differenti u speċifiċi tas-soċjetà. SHARE POST Related Articles Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb waqt il-London Book Fair 2026 Other 19th February, 2026 Read More Irreġistra mil-lum għall-Konferenza Annwali dwar il-Ktieb Other 17th February, 2026 Read More Kif tapplika għal Residenzi tal-Kitba u Workshops barra minn Malta: Sessjoni Zoom b’xejn minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit Other 12th February, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb isellem il-memorja ta’ Lina Brockdorff Other 11th February, 2026 Read More Jiftħu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Other 3rd February, 2026 Read More Kif tikkonnettja ma’ Djar Żgħar ta’ Pubblikazzjoni : Sessjoni b’xejn fuq Zoom għal Awturi u pubblikaturi Maltin minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit News 27th January, 2026 Read More Festival, Fondi u Żviluppi Strateġiċi għall-2026: Dati Ewlenin Festivals 26th January, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb b’donazzjoni ta’ kotba lil Malta Libraries Inizjattivi 16th January, 2026 Read More EJJA SAL-LONDON BOOK FAIR 2026 MAL-KNK: BILJETTI GĦALL-IMSIEĦBA TAL-KNK MINN MALTA Literary Exports 12th January, 2026 Read More Ħareġ l-44 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 9th January, 2026 Read More view all similar news
Kif tapplika għal Residenzi tal-Kitba u Workshops barra minn Malta: Sessjoni Zoom b’xejn minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit Other 12th February, 2026 Read More
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb isellem il-memorja ta’ Lina Brockdorff Other 11th February, 2026 Read More
Kif tikkonnettja ma’ Djar Żgħar ta’ Pubblikazzjoni : Sessjoni b’xejn fuq Zoom għal Awturi u pubblikaturi Maltin minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit News 27th January, 2026 Read More
Festival, Fondi u Żviluppi Strateġiċi għall-2026: Dati Ewlenin Festivals 26th January, 2026 Read More
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb b’donazzjoni ta’ kotba lil Malta Libraries Inizjattivi 16th January, 2026 Read More
EJJA SAL-LONDON BOOK FAIR 2026 MAL-KNK: BILJETTI GĦALL-IMSIEĦBA TAL-KNK MINN MALTA Literary Exports 12th January, 2026 Read More