Home / News / Frankenstein fil-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus 2018 Back to News Frankenstein fil-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus 2018 Festivals • Il-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus • Other 6th March, 2018 Hekk kif is-sena 2018 qed tfakkar l-anniversarju ta’ Frankenstein ta’ Mary Shelly, il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb se juri l-film ta’ J. Searly Dawley Frankenstein (1910). Wara se jkun hemm taħdita fuq iċ-ċinematografija tal-film u fuq l-impatt tiegħu fuq l-imaġinazzjoni kollettiva, minn Prof. Saviour Catania u Prof. Gloria Lauri Lucente. L-avventiment, li se jittella’ l-Ġimgħa 23 ta’ Marzu fis-1.00 pm, hu parti mill-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus. Il-film bla kliem, li hu twil 16-il minuta hu l-ewwel addattament tal-kitieb ta’ Mary Shelley Frankenstein. Il-film li ħareġ f’nofs is-70s, hu addattament liberali ħafna tal-ktieb u jiffokka fuq l-aspetti psikoloġiċi u maġiċi tan-narrativa. Hu meqjus li ta kontribut importanti għall-iżvilupp tal-ġeneru tal-orrur. It-taħdita se tkun waħda interessanti ferm, immexxija mill-Professuri Catania u Lauri Lucente, fl-istil partikolari tagħhom. Huma se jiffokaw, b’mod partikolari, fuq l-impatt tal-ktieb ta’ Shelley fuq iċ-ċinema u l-kultura popolari, u se jitkellmu dwar addattamenti differenti bħal dawk tas-serje Hammer. Prof. Catania studja l-Ingliż fl-Università ta’ Malta u hu Senior Lectuer fl-Istudji tal-Film fejn jgħallem l-iżvilupp tal-lingwa tal-films, it-teorija klassika u kontemporanja tal-films, u l-apprezzament tagħhom. Hu jgħallem ukoll il-letteratura u l-film fid-Dipartiment tal-Ingliż u l-films tal-Amerika Latina fid-Dipartiment tal-Ispanjol. Prof. Gloria Laura Lucente għanda Laurea in Lettere Moderne mill-Università ta’ Siena u PhD fil-letteratura komparattiva mill-Università ta’ Michigan, Ann Arbor. Ir-riċerka tagħha tiffoka fuq l-istudji tal-films, il-letteratura Taljana u l-letteratura komparattiva b’efasi fuq studji Italo-Ingliżi. Il-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus huwa organizzat mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb u l-Għaqda tal-Malti, b’attivitajiet bejn id-9.00am sal-4.00 pm. Il-Ġimgħa l-attivtajiet jibqgħu sejrin sat-tard. Il-Festival għandu l-għan li jippromwovi l-letteratura waqt li jagħti spazju lill-pubblikaturi u lid-distributuri tal-kotba biex jippromwovu u jbigħu l-pubblikazzjonijiet tagħhom. Il-programm tal-Festival huwa varjat u joffri firxa wiesgħa ta’ avvenimenti li jolqtu l-interessi ta’ ħafna, u jinkludi tnedijiet ta’ kotba, taħditiet u films, workshops u mużika lajv. Għal aktar tagħrif dwar Frankenstein u l-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus, wieħed jista’ jżur is-sit elettroniku tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb www.ktieb.org u l-paġna Facebook. Il-programm dettaljat jista’ jitniżżel minn hawn. [add_posts category=campus-festival-mt show=100] SHARE POST Related Articles Jiftħu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Other 3rd February, 2026 Read More Kif tikkonnettja ma’ Djar Żgħar ta’ Pubblikazzjoni : Sessjoni b’xejn fuq Zoom għal Awturi u pubblikaturi Maltin minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit News 27th January, 2026 Read More Festival, Fondi u Żviluppi Strateġiċi għall-2026: Dati Ewlenin Festivals 26th January, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb b’donazzjoni ta’ kotba lil Malta Libraries Inizjattivi 16th January, 2026 Read More EJJA SAL-LONDON BOOK FAIR 2026 MAL-KNK: BILJETTI GĦALL-IMSIEĦBA TAL-KNK MINN MALTA Literary Exports 12th January, 2026 Read More Ħareġ l-44 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 9th January, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb isellem il-memorja ta’ Alfred Palma News 20th December, 2025 Read More Sejħa għal Reċensuri tal-Paġna Letterarja bil-Malti għall-2026 Inizjattivi 19th December, 2025 Read More SEJĦA GĦAL TRADUTTURI – Inkiteb fid-database tal-KNK għat-tradutturi News 3rd December, 2025 Read More Il-KNK b’donazzjoni ta’ kotba għal-librerija tal-Komunità ta’ Santa Marija Other 3rd December, 2025 Read More view all similar news
Kif tikkonnettja ma’ Djar Żgħar ta’ Pubblikazzjoni : Sessjoni b’xejn fuq Zoom għal Awturi u pubblikaturi Maltin minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit News 27th January, 2026 Read More
Festival, Fondi u Żviluppi Strateġiċi għall-2026: Dati Ewlenin Festivals 26th January, 2026 Read More
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb b’donazzjoni ta’ kotba lil Malta Libraries Inizjattivi 16th January, 2026 Read More
EJJA SAL-LONDON BOOK FAIR 2026 MAL-KNK: BILJETTI GĦALL-IMSIEĦBA TAL-KNK MINN MALTA Literary Exports 12th January, 2026 Read More
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb isellem il-memorja ta’ Alfred Palma News 20th December, 2025 Read More
Sejħa għal Reċensuri tal-Paġna Letterarja bil-Malti għall-2026 Inizjattivi 19th December, 2025 Read More
SEJĦA GĦAL TRADUTTURI – Inkiteb fid-database tal-KNK għat-tradutturi News 3rd December, 2025 Read More
Il-KNK b’donazzjoni ta’ kotba għal-librerija tal-Komunità ta’ Santa Marija Other 3rd December, 2025 Read More