Home / News / Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2021 – il-Ħanut tal-Kotba jiftaħ għall-pubbliku għada! Back to News Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2021 – il-Ħanut tal-Kotba jiftaħ għall-pubbliku għada! Festivals • Other 1st November, 2021 Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2021 – Il-Ħanut tal-Kotba jiftaħ għall-pubbliku minn għada, l-Erbgħa 3 ta’ Novembru, bi programm ta’ avvenimenti varjat li jinkludi l-parteċipazzjoni ta’ 40 esebitur. Wara l-edizzjoni virtwali tas-sena l-oħra, il-Festival reġa’ lura b’mod fiżiku filwaqt li xorta waħda żamm element online. Fil-fatt illejla se tixxandar online ukoll iċ-ċerimonja tal-għoti tal-premjijiet tal-Premju Terramaxka għat-tfal u l-adolexxenti, li fl-istess ħin tkun għaddejja b’mod fiżiku mill-MFCC. Tista’ ssegwi ċ-ċerimonja mis-sit tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jew mill-paġna tal-Facebook tiegħu. Il-programm tal-attivitajiet fih aktar minn 70 attività u avvenimenti tajbin għal udjenzi ta’ kull età, fosthom tnedijiet u preżentazzjonijiet ta’ kotba, laqgħat mal-awturi, gruppi ta’ ħidma u diskussjonijiet, kif ukoll damma ta’ attivitajiet għat-tfal. Fost il-mistiedna internazzjonali tal-Festival insibu lill-awtur ċelebri Skoċċiż ta’ Trainspotting, Irvine Welsh. Welsh se jkun qed jipparteċipa f’żewġ attivitajiet – intervista ras imb ras ma’ Wayne Flask, u skambju ma’ Immanuel Mifsud immoderat minn Mark Vella. Hemm ħerqa wkoll sabiex il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb jerġa’ jibda jilqa’ ż-żjajjar tat-tfal tal-iskola. Ġew irreġistrati madwar 10,000 student mill-għalliema tagħhom, kemm biex jiġu fiżikament il-Festival jew biex isegwu programm online ikkurat apposta u bbażat fuq kotba rebbieħa tal-Premju Terramaxka mill-passat. Kull student irreġistrat se jirċievi vawċer ta’ €5 li jista’ jissarraf mill-ħwienet tal-kotba mill-Festival jew mis-siti tagħhom. Sabiex ikunu jistgħu jiġu mħarsa l-protokolli tas-saħħa, il-Festival se jseħħ f’żewġ bnadi distinti – naħa fejn se jkun hemm miġbura l-esebituri kollha, u oħra fejn se jseħħu l-attivitajiet kollha tal-programm tal-attivitajiet. Dawk li jiġu n-naħa ta’ fejn hemm il-ħwienet tal-kotba titteħdilhom it-temperatura mal-bieb u trid tintlibes il-maskla l-ħin kollu. Biex tattendi din in-naħa la hemm bżonn tippreżenta ċertifikat tat-tilqima u lanqas test tal-PCR. M’hemmx għalfejn tirreġistra biex tattendi hawnhekk. Min-naħa l-oħra trid tirreġistra minn qabel biex tattendi kwalunkwè attività li hemm fil-programm – fil-programm li hemm online issib kull informazzjoni biex tirreġistra. Biex tidħol f’xi attività trid tippreżenta ċertifikat tat-tilqima, ħlief għall-attivitajiet tat-tfal fejn lanqas il-kbar li jakkumpanjawhom m’għandhom għalfejn juru ċ-ċertifikat. Għal aktar informazzjoni żur is-sit tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2021 – Il-Ħanut tal-Kotba jew is-sit tal-KNK. Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb – Il-Ħanut tal-Kotba se jseħħ mill-Erbgħa 3 sal-Ħadd 7 ta’ Novembru skont dawn l-orarji: l-Erbgħa, il-Ħamis u l-Ġimgħa mid-9am sas-1pm u mill-5:30pm sad-9:30pm; is-Sibt mid-9:30am sal-10:30pm, u l-Ħadd mit-8:30am sat-8pm. SHARE POST Related Articles Il-KNK jippubblika r-Rapport Annwali għall-2025 News 17th April, 2026 Read More Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More Avviż lill-Esebituri u l-Organizzaturi tal-Avvenimenti – Applikaw Issa Biex Tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Other 14th April, 2026 Read More Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More Ħareġ il-45 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 9th April, 2026 Read More Sejħa għall-Addattamenti Teatrali ta’ Kotba Maltin waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb News 8th April, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jilqa’ Maniġer ġdida News 7th April, 2026 Read More Titnieda l-Iskema tas-Sussidju għall-Kotba Stampati News 1st April, 2026 Read More Ippubblikata l-lista tas-sottomissjonijiet eliġibbli għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Other 30th March, 2026 Read More Il-Programm Sħiħ tal-Konferenza Annwali dwar il-Ktieb: Kelliema varji jistħarrġu r-realtajiet ekonomiċi fl-industrija tal-pubblikazzjoni Inizjattivi 20th March, 2026 Read More view all similar news
Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More
Avviż lill-Esebituri u l-Organizzaturi tal-Avvenimenti – Applikaw Issa Biex Tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Other 14th April, 2026 Read More
Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More
Sejħa għall-Addattamenti Teatrali ta’ Kotba Maltin waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb News 8th April, 2026 Read More
Ippubblikata l-lista tas-sottomissjonijiet eliġibbli għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Other 30th March, 2026 Read More
Il-Programm Sħiħ tal-Konferenza Annwali dwar il-Ktieb: Kelliema varji jistħarrġu r-realtajiet ekonomiċi fl-industrija tal-pubblikazzjoni Inizjattivi 20th March, 2026 Read More