Home / News / Il-Festival tal-Ktieb fis-Sajf – Għawdex Back to News Il-Festival tal-Ktieb fis-Sajf – Għawdex Festivals • Inizjattivi • Other 16th June, 2017 Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb iħabbar li ġiet imħejja attività ġdida dan is-sajf għal kull min iħobb il-qari u l-kotba: il-Festival tal-Ktieb fis-Sajf – Għawdex, jumejn mimlija attivitajiet kulturali kif ukoll fiera tal-kotba. Dan ser iseħħ f’Għawdex fl-14 u l-15 ta’ Lulju f’ Sir M. A. Refalo Sixth Form fil-Belt Victoria. L-attivitajiet fil-programm kulturali tal-festival se jkun mfassla fuq it-temi ta’ letteratura għaż-żgħażagħ u poeżija. Il-Ġimgħa, 14 ta’ Lulju ser ikun jum iddedikat għal-letteratura għaż-żgħażagħ. L-attivitajiet li ġew imħejja għal din il-ġurnata jinkludu diskussjoni dwar iż-Żgħażagħ u l-Letteratura. Id-diskussjoni ser tmiss għadd ta’ temi relatati maż-żgħażagħ u l-letteratura, fosthom il-litteriżmu fost iż-żgħażagħ, u dwar kif wieħed jista’ jikteb dwar problemi taż-żgħażagħ mingħajr ma jkun patronizzanti. Se jkun hemm ukoll attivitajiet iddedikati lil kittieba li ddistingwew ruħhom fil-letteratura ta’ dan it-tip. Fost il-mistednin, se jkun hemm Leanne Ellul, Antoinette Borg, Matthew Schembri, Roberta Bajada u rebbieħa l-oħra tal-Konkors ta’ Kitba – Letteratura għaż-Żgħażagħ, li huwa ko-organizzat mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb u Aġenzija Żgħażagħ. Studenti tal-Iskola Sajf minn Malta u Għawdex se jiġu mistiedna biex jattendu l-Festival mal-għalliema tagħhom u l-ġenituri, bħala parti mill-programm edukattiv tal-iskola. Il-poeżija ser tkun t-tema tal-Festival nhar is-Sibt 15 ta’ Lulju. L-attività prinċipali, imtella’ mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb, ser tkun serata f’ġieħ il-poeta Għawdxi Ġorġ Pisani. Ser jinqraw siltiet mill-poeżiji ta’ Pisani u ser ikun hemm diskussjoni fuq xogħol il-poeta u l-patrimonju tiegħu. Għadd ta’ poeti magħrufa ser jidhru fil-programm is-Sibt, fosthom Profs. Michael Zammit u Maria Grech Ganado. Il pubblikaturi / assoċjazzjonijiet li ser jipparteċipaw huma: Merlin, Glen Calleja u Ede Books, Faraxa, MCA (Classics Association Malta), Horizons, SKS, u Midsea. Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jistieden membri tal-pubbliku biex jżommu f’moħħhom id-dati tal-Festival u jsibu l-ħin biex iżuru matul il-jum jew aktar tard fil-għaxija. Titilfux din l-opportunità li taraw u tqallbu kotba sbieħ filwaqt li tkunu tistgħu tiltaqgħu ma’ uħud mill-aħjar awturi u poeti attivi f’pajjiżna. SHARE POST Related Articles Il-KNK jippubblika r-Rapport Annwali għall-2025 News 17th April, 2026 Read More Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More Avviż lill-Esebituri u l-Organizzaturi tal-Avvenimenti – Applikaw Issa Biex Tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Other 14th April, 2026 Read More Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More Ħareġ il-45 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 9th April, 2026 Read More Sejħa għall-Addattamenti Teatrali ta’ Kotba Maltin waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb News 8th April, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jilqa’ Maniġer ġdida News 7th April, 2026 Read More Titnieda l-Iskema tas-Sussidju għall-Kotba Stampati News 1st April, 2026 Read More Ippubblikata l-lista tas-sottomissjonijiet eliġibbli għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Other 30th March, 2026 Read More Il-Programm Sħiħ tal-Konferenza Annwali dwar il-Ktieb: Kelliema varji jistħarrġu r-realtajiet ekonomiċi fl-industrija tal-pubblikazzjoni Inizjattivi 20th March, 2026 Read More view all similar news
Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More
Avviż lill-Esebituri u l-Organizzaturi tal-Avvenimenti – Applikaw Issa Biex Tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Other 14th April, 2026 Read More
Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More
Sejħa għall-Addattamenti Teatrali ta’ Kotba Maltin waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb News 8th April, 2026 Read More
Ippubblikata l-lista tas-sottomissjonijiet eliġibbli għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Other 30th March, 2026 Read More
Il-Programm Sħiħ tal-Konferenza Annwali dwar il-Ktieb: Kelliema varji jistħarrġu r-realtajiet ekonomiċi fl-industrija tal-pubblikazzjoni Inizjattivi 20th March, 2026 Read More