Home / News / Il-Festival tal-Ktieb fis-Sajf – Għawdex back to news Il-Festival tal-Ktieb fis-Sajf – Għawdex Festivals • Inizjattivi • Other 16th June, 2017 Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb iħabbar li ġiet imħejja attività ġdida dan is-sajf għal kull min iħobb il-qari u l-kotba: il-Festival tal-Ktieb fis-Sajf – Għawdex, jumejn mimlija attivitajiet kulturali kif ukoll fiera tal-kotba. Dan ser iseħħ f’Għawdex fl-14 u l-15 ta’ Lulju f’ Sir M. A. Refalo Sixth Form fil-Belt Victoria. L-attivitajiet fil-programm kulturali tal-festival se jkun mfassla fuq it-temi ta’ letteratura għaż-żgħażagħ u poeżija. Il-Ġimgħa, 14 ta’ Lulju ser ikun jum iddedikat għal-letteratura għaż-żgħażagħ. L-attivitajiet li ġew imħejja għal din il-ġurnata jinkludu diskussjoni dwar iż-Żgħażagħ u l-Letteratura. Id-diskussjoni ser tmiss għadd ta’ temi relatati maż-żgħażagħ u l-letteratura, fosthom il-litteriżmu fost iż-żgħażagħ, u dwar kif wieħed jista’ jikteb dwar problemi taż-żgħażagħ mingħajr ma jkun patronizzanti. Se jkun hemm ukoll attivitajiet iddedikati lil kittieba li ddistingwew ruħhom fil-letteratura ta’ dan it-tip. Fost il-mistednin, se jkun hemm Leanne Ellul, Antoinette Borg, Matthew Schembri, Roberta Bajada u rebbieħa l-oħra tal-Konkors ta’ Kitba – Letteratura għaż-Żgħażagħ, li huwa ko-organizzat mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb u Aġenzija Żgħażagħ. Studenti tal-Iskola Sajf minn Malta u Għawdex se jiġu mistiedna biex jattendu l-Festival mal-għalliema tagħhom u l-ġenituri, bħala parti mill-programm edukattiv tal-iskola. Il-poeżija ser tkun t-tema tal-Festival nhar is-Sibt 15 ta’ Lulju. L-attività prinċipali, imtella’ mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb, ser tkun serata f’ġieħ il-poeta Għawdxi Ġorġ Pisani. Ser jinqraw siltiet mill-poeżiji ta’ Pisani u ser ikun hemm diskussjoni fuq xogħol il-poeta u l-patrimonju tiegħu. Għadd ta’ poeti magħrufa ser jidhru fil-programm is-Sibt, fosthom Profs. Michael Zammit u Maria Grech Ganado. Il pubblikaturi / assoċjazzjonijiet li ser jipparteċipaw huma: Merlin, Glen Calleja u Ede Books, Faraxa, MCA (Classics Association Malta), Horizons, SKS, u Midsea. Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jistieden membri tal-pubbliku biex jżommu f’moħħhom id-dati tal-Festival u jsibu l-ħin biex iżuru matul il-jum jew aktar tard fil-għaxija. Titilfux din l-opportunità li taraw u tqallbu kotba sbieħ filwaqt li tkunu tistgħu tiltaqgħu ma’ uħud mill-aħjar awturi u poeti attivi f’pajjiżna. SHARE POST Related Articles Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb bi branding ġdid! News 5th March, 2025 Read More Sejħa għal Delegati: Malta magħżula bħala l-Pajjiż Fokus għall-Mediterranea Publishing Fellowship Other 28th February, 2025 Read More Il-KNK u l-Wikimedia Malta jħabbru l-Wikimedians in Residence għall-Proġett tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb Other 20th February, 2025 Read More Jiftħu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Other 17th February, 2025 Read More Il-KNK isaħħaħ il-preżenza tal-imsieħba fil-London Book Fair 2025 Esportazzjoni letterarja 11th February, 2025 Read More Ir-Rapport Annwali tal-KNK għall-2024 Other 4th February, 2025 Read More Festivals, Fondi u Inizjattivi għall-2025: Dati Ewlenin Esportazzjoni letterarja 29th January, 2025 Read More Ejja sal-London Book Fair 2025 mal-KNK: Biljetti għall-Imsieħba tal-KNK minn Malta Esportazzjoni letterarja 13th January, 2025 Read More Kirsten Spiteri jirbaħ il-Konkors ta’ Kitba għaż-Żgħażagħ 2024 Konkorsi għaż-żgħażagħ 13th January, 2025 Read More Ħareġ l-40 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 10th January, 2025 Read More view all similar news
Sejħa għal Delegati: Malta magħżula bħala l-Pajjiż Fokus għall-Mediterranea Publishing Fellowship Other 28th February, 2025 Read More
Il-KNK u l-Wikimedia Malta jħabbru l-Wikimedians in Residence għall-Proġett tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb Other 20th February, 2025 Read More
Jiftħu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Other 17th February, 2025 Read More
Il-KNK isaħħaħ il-preżenza tal-imsieħba fil-London Book Fair 2025 Esportazzjoni letterarja 11th February, 2025 Read More
Festivals, Fondi u Inizjattivi għall-2025: Dati Ewlenin Esportazzjoni letterarja 29th January, 2025 Read More
Ejja sal-London Book Fair 2025 mal-KNK: Biljetti għall-Imsieħba tal-KNK minn Malta Esportazzjoni letterarja 13th January, 2025 Read More
Kirsten Spiteri jirbaħ il-Konkors ta’ Kitba għaż-Żgħażagħ 2024 Konkorsi għaż-żgħażagħ 13th January, 2025 Read More