Il-Finalisti tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb u Terramaxka 2018


Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (KNK) qed joħroġ il-lista tal-finalisti tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2018 għal kotba ppubblikati fl-2017. Il-Bord tal-Aġġudikazzjoni għarraf lill-Kunsill bl-għażla tal-finalisti ilbieraħ waqt laqgħa formali fl-uffiċju tal-KNK. Il-proċess tal-għażla beda fil-11 ta’ Mejju b’total ta’ 172 sottomissjoni. Erbgħin minnhom ġew magħżula bħala finalisti – 25 għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb u 15 għall-Premju Terramaxka. Fost il-finalisti fil-kategorija ta’ rumanzi bil-Malti u bl-Ingliż hemm l-ewwel xogħlijiet fil-proża ta’ żewġ poeti lokali magħrufa: Ir-rota daret dawra (kważi) sħiħa ta’ Nadia Mifsud u Tħabbat xtaqtek ta’ Gioele Galea.
Il-Bord tal-Aġġudikazzjoni se jkun qed jagħżel ir-rebbieħa tal-Premju tal-Ktieb għal kull kategorija separata, kemm fil-letteratura għall-adulti (Premju Nazzjonali tal-Ktieb) kif ukoll fil-letteratura għat-tfal (Premju Terramaxka). Ir-rebbieħa tal-Premju Terramaxka se jitħabbru nhar it-Tlieta 6 ta’ Novembru fil-ftuħ uffiċjali tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2018 (Sir Temi Zammit Hall, MCC, il-Belt Valletta). Ir-rebbieħa tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb se jitħabbru fit-30 ta’ Novembru waqt iċ-ċerimonja tal-għoti tal-premjijiet, li se ssir fil-Berġa ta’ Kastilja taħt il-patroċinju tal-Prim Ministru.
Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2018: Finalisti
Rumanzi bil-Malti u bl-Ingliż
Poeżiji bil-Malti u bl-Ingliż
Riċerka ta’ natura ġenerali
Riċerka bijografika u storjografika
Premju Terramaxka 2018: Finalisti
Xogħlijiet oriġinali: kotba għat-tfal (etajiet 0-7)
Xogħlijiet oriġinali: kotba għat-tfal (etajiet 8-12)
Xogħlijiet oriġinali: kotba għall-adolexxenti (etajiet 13-16)
Traduzzjoni: kotba għat-tfal (etajiet 0-7)
Traduzzjonijiet: kotba għat-tfal (etajiet 8-12)