Skip to content

Il-Finalisti tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb u Terramaxka 2019

Image of Il-Finalisti tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb u Terramaxka 2019


Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb qed jippubblika l-lista tal-kotba finalisti għall-edizzjoni tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2019 għall-kotba ppubblikati fl-2018.

Il-proċess tal-aġġudikazzjoni beda f’April, u t-tieni laqgħa saret fl-uffiċċju tal-KNK nhar il-15 ta’ Lulju, meta l-aġġudikanti ressqu l-lista sħiħa tal-finalisti, kif ukoll il-lista tal-kotba li m’għamluhiex għall-finali u r-raġunijiet warajhom. Dawk l-awturi li l-ktieb tagħhom mhuwiex mal-finalisti jistgħu jikkuntattjaw lill- KNK biex ikunu jafu r-raġuni tal- aġġudikanti.

B’kollox kien hemm 147 sottomissjoni, u minnhom intgħażlu 55 ktieb finalist – 34 għall-adulti u 21 għat-tfal u l-adolexxenti (il-Premju Terramaxka).

Fil-kategorija tar-riċerka bijografika u storjografika l-finalisti huma maqsuma kważi ndaqs skont in-natura tar-riċerka. Il-kategorija tax-xogħlijiet oriġinali għal tfal sa 7 snin reġgħet kenet l-aktar waħda b’numru ta’ finalisti fil-premji Terramaxka.

Il-Bord tal-Aġġudikazzjoni se jkun qed jagħżel ir-rebbieħa tal-Premju tal-Ktieb għal kull kategorija separata, kemm fil-letteratura għall-adulti (Premju Nazzjonali tal-Ktieb) kif ukoll fil-letteratura għat-tfal (Premju Terramaxka).

Ir-rebbieħa tal-Premju Terramaxka jitħabbru nhar it-Tlieta 5 ta’ Novembru fil-ftuħ uffiċjali tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2019. Ir-rebbieħa tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb jitħabbru waqt ċerimonja uffiċjali fil-Berġa ta’ Kastilja.

 

Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2019: Finalisti

Rumanzi bil-Malti u bl-Ingliż

 

Novelli bil-Malti u bl-Ingliż

 

Poeżiji bil-Malti u bl-Ingliż

 

Drama bil-Malti u bl-Ingliż

(ma kienx hemm sottomissjonijiet)

 

Letteratura mhux fittiva bil-Malti u bl-Ingliż

 

Traduzzjoni

 

Riċerka ta’ natura ġenerali

 

Riċerka bijografika u storjografika

 

Premju Terramaxka 2019: Finalisti

Xogħlijiet oriġinali: kotba għat-tfal (etajiet 0-7)

 

Xogħlijiet oriġinali: kotba għat-tfal (etajiet 8-12)

 

Xogħlijiet oriġinali: kotba għall-adolexxenti (etajiet 13-16)

 

Traduzzjonijiet: kotba għat-tfal (etajiet 0-7)

 

Traduzzjonijiet: kotba għat-tfal (etajiet 8-12)

 

Traduzzjonijiet: kotba għat-tfal (etajiet 13-16)

(ma kienx hemm sottomissjonijiet)

 

 

[vc_column][vc_column_text][add_posts category=book-prize-en show=100][/vc_column_text][/vc_column][/vc_row]

SHARE POST

This site is registered on wpml.org as a development site. Switch to a production site key to remove this banner.